Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, waqt preżentazzjoni ta’ kotba għal libreriji pubbliċi mill-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta l-E.T. s-Sur Liu Zhengxiu – Valletta - 1 ta’ Diċembru 2005

pr1759
Date Icon 02/12/2005
Huwa pjaċir għalija li nkun preżenti għaldin l-attività llum.  Irrid nirringrazzja b’mod partikolari liċ-Ċentru Kulturali Ċiniż u l-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Libreriji Pubbliċi fil-Kunsilli Lokali li bil-koperazzjoni u l-ħidma tagħhom qegħdin hawn.  Aħna grati lejn din il-ħidma li permezz tagħha saret din id-donazzjoni.
Huwa ċert li ċ-Ċina huwa pajjiż li qiegħed f’fażi ta’ espansjoni u mahemmx dubbju li r-relazzjonijiet kulturali u kummerċjali bejnietna ser jikbru.  Iktar ma jkun hemm għarfien mal-poplu ta’ x’inhija ċ-Ċina u x’tirrappreżenta, iktar aħjar għax il-futur ser jiġbed żgur f’dik id-direzzjoni.  Pajjiżna huwa ferħan li għandu hawn il-preżenza taċ-Ċentru Kulturali Ċiniż għax hemm bżonn li jkun hemm iktar Maltin li jitgħallmu l-lingwi li jiġu mitkellma ċ-Ċina.  Jekk pajjiżna ma jieħux minn issa din l-opportunità, allura jkun qiegħed jibqa’ lura fil-konfront ta’ dak li qiegħed diġà jsir minn ħaddieħor.
Għalhekk aħna grati ta’ din id-donazzjonita’ kotba fuq iċ-Ċina għax permezz tagħhom ser ikun hemm fuq l-ixkafef ta’ diversi libreriji reġjonali l-materjal neċessarju li jista’ jinqara.  Il-ktieb huwa strument importanti ta’ informazzjoni li ma jista’ jiġi sostitwit b’xejn.  Għalhekk dan huwa pass importanti li bih ir-rapporti tagħna maċ-Ċina ser jiġu ssudati u l-għażla fil-libreriji pubbliċi tagħna mkabbra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow