Left arrow Go Back

It-turiżmu mal-kultura taħt saqaf wieħed

pr1748
Date Icon 30/11/2005
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura l-“Carpe Diem” fil-Westin Dragonara Resort, kumpless li jispeċjalizza fl-imbejjed, delicatessen, aċċessorji ta’ l-inbid, china u ħġieġ, pashminas, ġojjellerija u xogħlijiet  ta’ l-arti b’wirja li tinbidel ta’ spiss.
F’dan il-kumpless hemmukoll varjeta’ ta’ xogħlijiet ta’ artisti Maltin bħal Celia Borg Cardona, Anna Galea, Richard Saliba, Marisa Attard u Kenneth Zammit Tabona.
Il-Ministru Zammit Dimechqal li dan il-kumpless kien ħolqa f’katina ta’ lokalitajiet li fihom kemm il-Maltin kif ukoll it-turisti kienu jsibu dak kollu ta’ kwalita’ li jkunu jridu. Hu qal li kien ukoll kumpless li jgħaqqad it-turiżmu mal-kultura taħt saqaf wieħed biex joffrihom it-tnejn.
“Bħalissa qed nagħmluħilitna biex intejjbu ‘prodott Malta’. F’din il-ħidma sehem kulħadd hu importanti, sew jekk hu l-Gvern, kif ukoll jekk ikun sehem is-settur privat u l-poplu. Is-settur privat qed jinvesti bil-qawwi f’lukandi u stabbilimenti ta’ l-ikel. Iżda qed jinvesti ukoll f’kull tip ta’ kumplessi ta’ ħwienet li fihom it-turist isib dak kollu li jrid. Carpe Diem hu wieħed minn dawn il-kumplessi”,  temm jgħid il-Ministru Zammit Dimech, li awgura lill-promoturi kull suċċess f’din l-avventura kummerċjali ġdida tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow