Left arrow Go Back

Sħubija bejn kulħadd biex inħarsu wirt artna

pr1742
Date Icon 30/11/2005
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech qal li l-messaġġ importanti li għandu kulħadd jifhem hu li l-kultura mhux biss tagħtina l-identita’ tagħna bħala poplu, iżda hi ukoll l-akbar riżorsa tagħna. Hu qal li Malta m’hemmx għalfejn noħolqu xi immaġini li m’għandnix. Hu qal li jagħmel hekk min m’għandux storja u wirt kulturali ta’ 7,000 sena.
Il-Ministru Zammit Dimech li kien qediniedi il-‘Heritage Malta Membership and Volunteer Scheme’,  qal li għal Heritage Malta, din is-sena  kienet sena ta’ ħidma kbira. Hu qal li tlesta il-proġett għar-restawr u riabilitazzjoni tad-Domus Romana. Tlestew ukoll diversi proġetti oħra bil-għan li l-wirt kulturali ta’ pajjiżna ikun preżentat u interpretat aħjar. Matul l-2006 hu ppjanat li jitwettqu dawn il-proġetti:
o    Tlestijatax-xogħlijiet fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti;
o    Jitkomplal-proġett tal-Ġgantija li din is-sena qed jerġgħu jiġu ivvutati għalih Lm100,000;
o    Jibdajitwettaq il-proġett għall-bini ta’ Ċentru għall-Viżitaturi fis-sit tat-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, proġett li jinvolvi investimenmt ta’ Lm1.5 miljun u li hu ko-finanzjat mill-Fondi ta’ l-UE. Dan   jinkludi protezzjoni għall-istess tempji, sistemi ta’ sigurta’ u interventi ta’ konservazzjoni;
o    It-tkomplijatal-proġett tat-tempji ta’ Ħal Tarxien li qed jitwettaq b’kollaborazzjoni u fondi mill-Bank of Valletta Ltd;
o    Pjanima’ Wirtna biex jinfetħu aktar ħwienet (retail outlets) fil-Palazz ta’ l-Inkwiżitur; unit temporanju f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra u siti oħra li dwarhom ikun hemm ftehim;
o    Tnedijatal-Vilhena Cafẻ Project fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali;
o    Xogħolpreparatorju għat-tnedija ta’ public private partnership għall-konservazzjoni tal-Fortizza ta’ Delimara u l-introduzzjoni ta’ faċilitajiet;
o    Finalizzarta’ ftehim mal-Kunsill Lokali Munxar, Għawdex għat-tħaddim flimkien tal-Mitħna tad-Dqiq fix-Xlendi;
o    Konklużżjoniu implimentrazzjoni tal-ftehim dwar l-Abbatija tad-Dejr ma’ Din l-Art Ħelwa.
Il-Ministru Zammit Dimechqal li l-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali li għandu pajjiżna jinvolvi investiment qawwi. Hu qal li fil-budget ta’ din is-sena hemm ivvutata somma rekord ta’ Lm2.3 miljun għal Heritage Malta, li tinkludi fondi mill-Unjoni Ewropea. Barra minnhekk Heritage Malta daħħlet Lm1,159,000 mid-dħul tal-mużewijiet u ta’ siti arkeoloġiċi u storiċi u hekk  eċċediet il-mira ta’ miljun lira Maltija, li kienet għamlet hi stess. Heritage Malta għandha wkoll l-appoġġ finanzjarju ta’ banek u għaqdiet volontarji.
Il-Ministru Zammit Dimechqal  iżda li l-finanzjament għall-ħarsien, ir-restawr  u r-riabilitazzjoni ta’ siti storiċi qatt mhu biżżejjed u li kien għalhekk li Heritage Malta kienet minn żmien għal żmien tniedi skemi biex tkabbar id-dħul tagħha u fl-istess waqt parti akbar tal-poplu issir konxja minn dan il-wirt li hu tagħna lkoll.
Il-Ministru Zammit Dimechqal li Heritage Malta kienet illum qed tniedi skema ġdida maqsuma fi tnejn:

·     Is-sħubija ndividwali li kienet għall-adulti, anzjani u żgħażagħ ta’ bejn it-12 u s-17 il-sena. Is-sħubija kienet ta’ Lm12 fis-sena għall-ewwel kategorija u ta’ Lm8 fis-sena għat-tieni u t-tielet kategoriji. Il-familji setgħu wkoll jixtru family card li kienet valida għalżewġ adulti u żewġt itfal. Il-cards kienu validi għal sena u min ikollu card jibbenefika wkoll minn offerti oħra li jinkludu 10 fil-mija skont fuq xiri minn ħwienet ‘Wirtna’, 50 fil-mija skont fuq dħul fl-Ipoġew u abbonament fin-newsletter ta’ Heritage Malta.

·     L-iskema tal-Volontieri, hi waħda fejn Heritage Malta qed tfittex individwi li għandhom ħin x’jikkontribwixxu biex jagħtu b’xejn is-servizzi tagħhom fil-mużewijiet u siti oħra mmaniġġjati minn Heritage Malta. Dawn l-individwi se jingħataw taħriġ u dawk il-membri li jagħtu s-servizzi tagħhom għal perijodu ta’ xahrejn ikunu eliġibbli għal tessera ta’ sħubija. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Heritage Malta kienet qed tagħmel ħilitha kollha biex ikun hemm sħubija sħiħa bejnha, għaqdiet finanzjarji, għaqdiet volontarji u l-poplu kollu, għaliex b’hekk mhux biss jinstabu l-fondi biex inħarsu dak kollu li ħallewlna ta’ qabilna iżda bħala poplu insiru aktar konxji minn dak kollu li jgħaqqadna flimkien u jagħmilna Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow