Left arrow Go Back

Il-Kandidati ta’ l-S.D.M. għall-K.S.J.C. jiltaqgħu mal-Ministru Louis Galea

pr1735
Date Icon 29/11/2005
Il-grupp ta’ studenti li ħarġugħall-elezzjoni tal-Kunsill Studenti tal-Junior College (KSJC) iltaqgħu mal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea. Huma nformawh bil-pjan ta’ ħidma tagħhom għall-istudenti tal-Junior College.  Fost affarijiet oħra, l-grupp tkellem mal-Ministru dwar il-Common Room tal-Kulleġġ, is-sistema l-ġdida ta’ l-għotjiet ta’ manteniment u dwar il-facilitajiet u r-riżorsi għall-istudenti. L-elezzjoni ser issir nhar il-Ħamis li ġej u l-grupp ser jikkontesta f’isem l-SDM.
Dwar il-Common Room,il-Ministru Galea qal li kien b’inizjattiva tal-Kunsill preċedenti mmexxi mill-president Reuben Debono li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ta appoġġ materjali biex il-Common Room titnaddaf, tiġi rranġata u miżbugħa mill-ġdid, u biex isir titjib fis-sistema tad-dawl li għandha.  Il-kandidati qalu li huma se jkunu qed jaħdmu biex jibda jsir użu regolari minn din il-Common Room, u biex dan l-ispazju jiġbed lejh aktar studenti permezz ta’ aktar attivitajiet u riżorsi.
Madankollu l-kandidatisaħqu mal-Ministru li hemm bżonn aktar investiment f’dan il-post u li jkun hemm ftehim ċar ma’ l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ dwar l-użu tiegħu.  Il-Ministru minn naħa tiegħu wiegħed li se jiddiskuti mal-Principal tal-Kulleġġ biex tinsab soluzzjoni għall-ġid ta’ l-istudenti.
Il-Ministru ddiskuta ma’l-istudenti il-bidliet li seħħew din is-sena fis-sistema ta’ l-għotjiet ta’ manteniment (stipendji).  Hu qal li l-istudenti kollha tal-livell post-sekondarju ma kellhomx bidliet fl-għotjiet li jirċievu.  Hu spjega wkoll kif fiċ-ċirkostanzi, u anke b’riżultat tad-diskussjonijiet fit-tul li kellu mal-KSU, is-sistema l-ġdida baqgħet waħda ġeneruża u li tipprovdi biex kulħadd ikun jista jidħol l-Università.
Hemm għajnuna qawwijagħal dawk li ġejjin minn familji bi dħul baxx jew dawk li jkollhom ċirkostanzi speċjali. Hu fakkar fiż-żidiet li ingħataw l-istudenti Għawdxin kif ukoll fl-ammont konsiderevoli li jirċievu l-istudenti tul il-kors li jagħmlu li jvarja bejn Lm 2,440 u Lm 5,820 (għal korsijiet ta’ erba’ snin).  Il-Ministru qal li bil-bidliet li saru l-istudenti se jkollhom aktar aċċess għal fondi biex ikomplu jistudjaw kemm permezz tal-Youth Specialisation Studies Scheme li tipprovdi skema ta’ self sussidjat għal min ikun irid ikompli l-istudji tiegħu, kif ukoll permezz tal-Malta Scholarship Fund li se jipprovdi fondi għal min ikun irid ikompli l-istudju u r-riċerka tiegħu fil-livell ta’ Masters u Dottorat.
Louis Galea qal li dankollhu sar bil-għaqal u bl-iskop li aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom fil-livell post-sekondarju u terzjarju.  Fil-fatt dan ma kienx eżerċizzju ta’ tnaqqis fl-ispiża u xiehda ta’ dan hu l-fatt li din is-sena, l-Gvern se jonfoq aktar flus f’dan il-qasam.
L-Istudenti ta’ l-SDMminn naħa tagħhom qalu li huma kienu dejjem kontra t-tnaqqis ta’ l-istipendji, għax jemmnu li huma mportanti ħafna għall-istudenti Maltin fiċ-ċirkostanzi tagħhom.  Huma qalu li għalkemm il-Gvern kellu rakkomandazzjonijiet biex l-istipendji jitneħħew jew saħansitra li jiddaħħlu l-miżati, wara d-diskussjonijiet fit-tul li kien hemm ma’ l-istudenti, l-Gvern ta widen għal dak li kienu qed jgħidu l-istudenti u b’hekk is-sistema l-ġdida baqgħet waħda tajba ħafna għall-istudenti.  Huma staqsew lill-Ministru jekk kienx hemm il-ħsieb li jkun hemm xi tibdil ieħor fl-istipendji.
Il-Ministru wieġeb lis-sistema ser tibqa` kif inhi u jkun hemm reviżjoni kull ħames snin kif kien ġie suġġerit fir-rapport Galdes.
Il-kandidati ta’ l-SDMtkellmu wkoll fuq il-bżonn li l-istudenti ikollhom aktar riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom.  Fost affarijiet oħra semmew il-bżonn li jkun hemm aktar aċċess għall-Internet mill-Kulleġġ permezz ta’ sistemi ta’ WIFI għal min għandu ’laptops’ jew ’PDA’s’, u anke permezz ta’ komputers fissi b’aċċess għall-Internet, dawn it-tnejn jipprovdu riżorsi mportanti għall-istudenti u jippermettulhom jaħdmu aktar fil-ħin li jqattgħu l-Kulleġġ.  Il-Kandidati talbu wkoll li parti mill-allokazzjoni li għamel il-Gvern għal-librerija ta’ l-Universita’ fil-Budget, tingħata lil-librerija tal-Kulleġġ.
Filwaqt li faħħrul-impenn tal-Gvern biex ikompli jħajjar aktar studenti biex jidħlu għas-suġġetti tax-xjenza u t-teknoloġija huma fissru l-bżonn ta’ aktar investiment fil-laboratorji tax-xjenza li hemm fil-Kulleġġ, b’mod partikolari fil-laboratorju tal-bioloġija.
Il-Ministru qal li lestjiddiskuti dawn il-proposti mat-tmexxija tal-Kulleġġ.  Hu faħħar l-impenn ta’ l-SDM favur l-istudenti tal-Junior College permezz tal-ħidma tagħhom fuq il-kunsill tal-Junior College għal dawn l-aħħar snin.  Hu temm iħeġġeġ lill-istudenti tal-Junior College jipparteċipaw f’dan il-proċess demokratiku bl-iskop li l-vuċi tagħhom tinstema u li jkollhom persuni li jirrappreżentawhom u jaħdmu favur l-interess tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow