Left arrow Go Back

Malta eletta fil-Kunsill ta’ L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali

pr1726
Date Icon 25/11/2005
Għar-raba’darba konsekuttiva u għall-ħames darba, Malta reġgħet ġiet eletta fil-kunsill ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). L-elezzjoni saret illum fil-kwartieri ġenerali ta’ din l-organizzazzjoni f’Londra, matul l-24 sezzjoni ta’ l-Assemblea Generali ta’ l-istess Organizzazzjoni. Il-Kunsill ta’ l-IMO huwa l-organu eżekuttiv li għandu l-kompitu li jissorvelja l-operat kollu ta’ l-organizzazzjoni.
Danir-rizultat huwa prestiġġjuż ħafna għal pajjiżna għaliex jikkonferma li Malta - li għandha wiehed mill-għaxar l-akbar reġistri tal-vapuri merkantili fid-dinja - tgawdi r-rispett tal-komunita’ internazzjonali f’dan is-settur.
Filwaqtli wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-rizultat, il-Ministru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea, li aktar kmieni din il-ġimgħa ndirizza din il-laqgħa ta’ l-IMO f’Londra, feraħ lill-uffiċjali Maltin kemm mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta , u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-ħidma li wettqu li wasslet għal dan is-suċċess.
Il-Ministruawgura li Malta tkompli tieħu sehem attiv f’dan il-kunsill fi żmien meta din l-Organizzazzjoni għaddejja b’ħidma biex f’dan il-qasam ta’ trasport bil-baħar, li diga’ huwa responsabbli għall-ġarr ta’ 90% tal-merkanzija mondjali waqt li l-inqas wieħed li jħalli impatt ambjentali negattiv, tkompli tikber is-sigurta’ u l-effiċjenza.
Il-Ministrukkonkluda billi ġedded l-impenn tal-Gvern sabiex l-Awtoria’ Marittima ta’ Malta tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha fis-settur merkantili sabiex tkompli tikber l-istima li tgawdi Malta fil-qasam Marittimu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow