Left arrow Go Back

Għawdex ifakkar lil Giuseppe Cali’

pr1707
Date Icon 22/11/2005
Fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-mewt ta’ l-artistrinomat Malti Giuseppe Cali’, il-Kumitat Organizzativ Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qed jorganizza wirja ta’ xogħlijiet ta’ l-artist f’Għawdex.
Il-wirja, intitolata “Giuseppe Cali’, xogħlijietf’Għawdex” se tinżamm fil-knisja l-qadima t’Għajnsielem. Il-wirja hija mqassma fi tlett kategoriji ta’ xogħlijiet:
a) pitturi li jinsabu fuq l-altari tal-ġnub tal-knisjali fiha se tinżamm il-wirja, li jinkludu l-kwadru tal-Lunzjata, kollha xogħlijiet ta’ Cali’;
b) kwadri oriġinali ta’ Cali’ li normalment jinżammu fiknejjes diversi madwar Għawdex se jiġu trasportati u murija fl-istess waqt. Dawn il-kwadri jinkludu dak ta’ San Franġisk li jinsab fil-knisja tal-Kapuċċini tar-Rabat;
c) u taqsima li fiha jiġu murija ritratti mkabbra ta’xogħlijiet oħra ta’ l-istess artist, li minħabba n-natura tagħhom huma miżmuma permanentament fi knejjes u ma jistgħux jiġu mċaqilqa, bħalma hi l-arzella tal-Bażilika ta’ Marija Bambina tax-Xagħra, il-kwadru tas-Sagra Familja fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-kwadri titulari tal-parroċċa ta’ San Lawrenz, u tal-Qalb ta’ Ġesu’ fil-Fontana.
Is-serata inawgurali, li se ssir nhar is-Sibt 26, setiġi ppreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. L-attivita’ se tinkludi kunċert ta’ l-arpa mill-arpista Anne Marie Camilleri Podesta’, u taħdita mill-artist u lecturer Mark Sagona dwar il-ħajja u x-xogħlijiet ta’ Giuseppe Cali’.
Il-wirja tkun miftuħa sat-8 ta’ Diċembru, bil-ħinijiettal-ftuħ ikunu dawk bejn id-9.00am u l-4.00pm matul il-ġimgħa, u mid-9.00am sa nofsinhar nhar ta’ Sibt u Ħadd.
Giuseppe Cali’, bin familja Naplitana, twieled fl-1846f’Malta u miet fl-1 ta’ Marzu 1930 fid-dar tiegħu fil-Belt Valletta. Huwa deskritt bħala wieħed fost l-ulied prolifiċi ta’ Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow