STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, ZGĦAZAGĦ U XOGĦOL
pr1700
21/11/2005
| B’riferenza għall-artikli u r-rapporti li dehru dwar | żjara li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni lill-ħaddiema tal-fabbrika Lloyds Shoes, mhux minnu li l-Korporazzjoni ma kkuntattjatx lil Lloyds Shoes. |
| F’temp ta’ siegħat wara li l-Korporazzjoni semgħet li | ser tagħlaq din il-fabbrika, sar kuntatt mal-management ta’ Lloyds Shoes fejn il-Korporazzjoni offriet is-servizzi u l-iskemi tagħha. |
| Il-Korporazzjoni kienet infurmata li l-fabbrika ser | tagħlaq f’Marzu 2006, u għalhekk ġie miftiehem li l-intervent tal-Korporazzjoni jista’ jibda f’Jannar 2006. |
| L-impjegati ta’ Lloyds Shoes – u kwalunkwe ażjenda li | jkollha collective redundancies - ser jiġu offruti l-istess servizz li qed jingħata lill-ħaddiema ta’ Denim, jiġifieri: |
| (a) | waqt li jkunu bin-notice, isir profiling ta’ kull impjegat bl-iskop li l-Korporazzjoni tifhem aħjar il-ħiliet u x-xewqat tal-ħaddiema kollha u tkun tista’ tpoġġihom fuq it-tielet parti tar-reġistru li jfisser li l-]addiema ikunu infurmati b’opportunitajiet ta’ xogħol li jgħoddu għalihom; |
| (b) | wara li jispiċċalhom in-notice, l-impjegati jkollhom servizz ta’ one stop shop fejn jkunu jistgħu jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru, kif ukoll japplikaw għall-benefiċċji soċjali, fi żjara waħda fl-uffiċċini tal-Korporazzjoni. |
| Min-naħa tagħha, l-Korporazzjoni dejjem lesta li | tidħol f’diskussjonijiet ma’ intrapriżi li jsibu ruhhom f’diffikultà, bl-iskop li jiġu spjegati id-diversi skemi u servizzi li tista’ toffri l-Korporazzjoni f’kull stadju tal-ħajja ta’ l-intrapriża. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949