Konferenza Stampa mill-Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern dwar ir-Riforma tal-Mandati Esekuttivi u Kawtelatorji - Auberge d’Aragon, Pjazza Indipendenza, Valletta
1. Tul dawn l-aħħar snin is-sistema legali bdiet għaddejja minn ċertu diffikultà fl-eżekuzzjoni ta’ mandati, sija dawk li jiġu preżentati wara sentenza jew titolu esekuttiv, kif ukoll dawk li jinħalfu jew qabel tiġi ippreżentata kawża jew tul proċeduri.
| Irid jingħad li dan is-sens ta’ diffikultà kiber l-iktar | fil-mandati esekuttivi. Dan inġabar u nfirex għal numru ta’ raġunijiet:- |
| i) | minħabba d-dewmien kbir fi proċeduri, speċjalment dawk li huma marbuta mal-qbid, elevazzjoni, kif ukoll mal-bejgħ ta’ oġġetti, sija dawk mobbli, kif ukoll dawk immobbli; |
| ii) | minħabba l-kwantità kbira ta’ trami ta’ proċeduri fil-proċeduri li għalkemm jidhru li ser isolvu l-problema u fir-realtà minflok ikomplu jikkomplikawha iktar; |
| iii) | minħabba l-ispejjeż involuti li jafu jitilgħu huma wkoll, speċjalment fejn jidħlu stimi ta’ proprjetà immobbli kif ukoll ta’ l-oġġetti ta’ valur; |
| iv) | minħabba l-fatt li ħafna jsibu li l-esekuzzjoni mhix it-tmiem ta’ kawża iżda l-bidu ta’ oħra; |
| v) | minħabba l-fatt li ħafna drabi dawn il-fatturi jservu sabiex jingħaqdu u jimblukkaw flok esekuzzjoni ta’ ordni tal-Qorti, wieħed isib li ma seħħ xejn u dik is-sentenza ma tat ebda riżultat. |
| Ma’ | dan irid jingħad ukoll li tul is-sena li ġejja, invista ta’ l-emendi li saru fejn illum huwa aktar faċli sabiex tiegħu titolu esekuttiv fuq kambjala u dejn taħt il-ħamest’elef lira (Lm5,000), ser jiżdiedu sew il-mandati. Irrid infakkar li din is-sena kellna, sa’ l-aħħar ta’ Ottubru, 905 ittra uffiċjali fuq debiti taħt il-Lm5,000; 535 ittra uffiċjali fuq il-kambjala, 297 arbitraġġi u 4,123 kawża ġdida, jiġifieri 5,860 b’kollox. Dan huwa żieda ta’ 60% meta mqabbel mat-3,522 li daħlu s-sena l-oħra. |
2. F’dan l-abbozz ta’ liġi qegħdin nippruvaw ningħaqdu ma’ l-isforzi li saru minn ta’ qabilna sabiex intejbu dak li għandna ġewwa l-Qorti llum. Għażilna li, flok nemendaw partijiet biss mill-artikoli li hemm fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, induru kollox. Dan diġà pprova jiġi mwettaq fl-Att XXXI ta’ l-2002 iżda bid-differenza li hawn qed inressqu proposta sħiħa li tinkludi wkoll artikoli li mhux ser jiġu emendati u dawk li kienu emendati b’dak l-Att iżda ma daħlux fis-seħħ. Irid jingħad ukoll li f’dik il-liġi innovattiva f’numru ta’ punti nstab li kien hemm xi artikoli li ma setgħux jitħaddmu kif kien previst. Għalhekk, filwaqt li nżammu u qed jerġgħu jiġu riprodotti numru sew minnhom b’numru ta’ limaturi, qed jitressqu wkoll numru ta’ proposti kompletament ġodda. Naqbdu s-sistema u nippruvaw nagħtu toroq u rimedji ġoda li huma iktar prattiċi u sempliċi għas-soċjetà tagħna fil-ħajja soċjali u ekonomika li għandna.
3. Il-ħsieb prinċipali li mexxiena f’dan kollu kien wieħed – li nwieġbu għas-sejħa tal-ġurnata billi nasserixxu u nassiguraw l-awtorità tal-Qorti. Huwa żball li f’soċjetà demokratika, istituzzjoni bħall-Qorti - li hija t-tielet pilastru - tara l-ordnijiet u s-sentenzi tagħha mhux meħuda bis-serjetà li wieħed jistenna jew addirittura li jiġu njorati kompletament u dan ovvjament għax bil-liġi preżenti u bil-prattika żbaljata li daħlet mas-snin ma jistgħux jiġi esegwiti.
4. Ippruvajna għalhekk, mingħajr ma nitilfu l-bilanċ bejn id-drittijiet tal-kreditur u tad-debitur, li wieħed jitħallas u l-ieħor iħallas mingħajr l-ewwel wieħed jieħu inqas milli ħaqqu jew ma jieħu xejn; u tieni, li d-debitur jara ġidu mormi mar-riħ. Biex dan isir, ħarisna lejn dak li kien qiegħed jiġri u ħriġna bi proposti li naħsbu li jistgħu jwasslu għal esekuzzjoni iktar malajr u li jipproteġu aħjar lid-debitur.
5. Rajna wkoll li l-mandati kawtelatorji, li ħadmu bejn wieħed u ieħor tul is-snin, kellhom bżonn huma wkoll tiġdid u żidiet. Ħadna ħsieb inħarsu sabiex nipproteġu aħjar l-azjendi kummerċjali. Protezzjoni kontra gambetti ta’ azjendi kummerċjali oħra kif ukoll sabiex il-ġabra sħiħa ta’ makkinarju, liċenzi u l-avvjament jiġu preservati u mhux żmantellati jew aħjar kannabalizzati. Ippruvajna wkoll insolvu diversi anomaliji li ħarġu maż-żminijiet bħal x’jiġri minn mandat kawtelatorju wara sentenza.
6. Għalhekk hawn qed nintroduċu tliet forom ġodda ta’ mandati li qabel ma kinux fil-Kodiċi. Dawn huma:
| i) | mandat ta’ qbid ta’ azjenda kummerċjali; |
| ii) | mandat in proċintu; u |
| iii) | l-mandat ta’ arrest ta’ ajruplani u bċejjeċ tal-baħar. |
Dawn il-mandati sa’ issa ma jiffurawx parti mill-Kodiċi. Il-mandat ta’ qbid ta’ ażjendi huwa indirizzat sabiex jipproteġi ditti fin-negozju, speċjalment dawk żgħar u ta’ daqs medju. Il-mandat in proċintu huwa wieħed supplimentari intenzjonat sabiex jintuża fejn ma jistgħux jiġu użati l-mandati l-oħra. Il-mandat ta’ arrest ta’ ajruplani u bċejjeċ tal-baħar għandu l-effett li jaqbad, jissekwestra f’idejn l-awtorità li din tinsab u li jordna li ma tiġix rilaxxata.
7. Għalhekk hawn qegħdin inressqu għad-djalogu u d-diskussjoni din il-liġi. Permezz ta’ dan il-proċess wieħed jistenna li jkun hemm suġġerimenti li jwasslu għal-liġi aħjar, fuq dik li għandna llum.
8. Proposti Ġodda
It-tibdiliet prinċipali li qed jiġu proposti huma s-segwenti:-
| a) | Sistema aħjar sabiex wieħed jikkontesta mandat esekuttiv. |
| Permezz ta’ l-artikolu 281 (qabel l-artikolu 283A) qed jiġu | stabbiliti numru ta’ termini ġodda li fihom għandhom jiġu deċiżi rikorsi preżentati sabiex jattakkaw il-validità ta’ mandat. L-ewwel, billi ġie ffissat terminu għall-Qorti in Prim’Istanza sabiex tiddeċidih u t-tieni, sabiex appell minn dik id-deċiżjoni jkollu huwa wkoll żmien fiss sabiex jiġi deċiż. Ma’ dan daħħalna wkoll id-dritt li terzi persuni interessati jutilizzaw dawn il-proċeduri mingħajr bżonn ta’ ċitazzjonijiet. |
B’dawn l-emendi qegħdin nippruvaw:-
| i) | neliminaw l-ewwel, l-inċertezza li taħkem f’dawn il-proċeduri billi fuqhom jiddependi ħafna, u t-tieni, d-dewmien li huwa ta’ ħsara ferm u ferm iktar minn proċeduri legali oħra; |
| ii) | nagħtu dan ir-rimedju mhux biss lill-kreditur u lid-debitur, iżda wkoll lil terzi persuni li jistgħu jiġu affettwati. Dan jgħodd ħafna f’mandat ta’ qbid fejn l-esekuzzjoni sseħħ fuq oġġetti ta’ terzi li kif inhija s-sistema, dawn iridu jagħmlu kawża normali, mentri b’din il-proposta jagħmlu użu minn din il-proċedura legali veloċi u sempliċi. |
| b) | Tibdil fil-forma li kellna qabel tal-mandat ta’ qbid esekuttiv f’numru ta’ punti:- |
| i) | Qed inneħħu l-obbligu fuq l-uffiċjal esekuttiv tal-qorti li jagħmel stima huwa dak il-ħin li l-affarijiet jiġu maqbuda. Minflok il-kreditur għandu jindika l-lok fejn għandu jiġi esegwit il-mandat u l-uffiċjal esekuttiv tal-qorti jaqbad kull ma jsib fil-post. Din il-proposta taħrab mill-problemi li għandna llum fl-esekuzzjoni fejn hija d-diskrezzjoni tal-marixxall, li ma huwiex stimatur, li fuqha jiddependi kollox. Il-fatt li jinqabad kull ma hemm f’kamra jew f’dar jibdel ix-xenarju kollu. |
| ii) | Qed indaħħlu żewġ sistemi separati ta’ kif jiġi esegwit il-mandat ta’ qbid:- |
| a) | Hemm l-ewwel mandat li permezz tiegħu jinqabdu l-oġġetti, iżda ma jiġux elevati. Hawn l-uffiċjal esekuttiv tal-qorti, kif jesegwih, imur lura l-Qorti flimkien mal-parti sabiex jiffissa l-jum tas-subbasta. B’dan qed neliminaw id-dewmien tal-primo ricorso u qed nagħtu l-possibiltà li jsir bil-qbid mingħajr l-elevazzjoni għax mhux f’kull każ ikun hemm bżonn. B’din il-proposta qed neliminaw id-dewmien u l-inċertezza li jgħaddu bejn l-esekuzzjoni tal-mandat u l-bejgħ. Mentri b’dan il-mod il-jum qed jiġi ffissat appena jkun hemm l-esekuzzjoni. Dan inaqqas fil-problemi li għandna ta’ mandati fil-limbu u oħrajn fil-purgatorju jistennew l-appuntar tagħhom. Mhux biss dan, iżda b’din il-proċedura l-kreditur ser ikun jaf meta jrid jeleva, kemm ser idumu l-oġġetti għand il-kunsinnatarju uffiċjali kif ukoll li jkollu moħħu mistrieħ li dawk elevati mhux ser idubu jew jogħsfru. |
| b) | It-tieni forma ta’ dan il-mandat jistabbilixxi l-kontra, u cioè, li qabel l-esekuzzjoni jkun hemm diġà l-jum tal-bejgħ in subbasta ffissat. Wara ssir l-esekuzzjoni fejn l-oġġetti jiġu maqbuda u elevati mill-bidu nett. B’din il-miżura qed jiġi assigurat mekkaniżmu aħjar fejn il-kunsinnatarju uffiċjali jibda jeleva l-oġġetti maqbuda fil-bidu nett. Hawn, billi diġà jkun jaf meta ser isir il-bejgħ, jaf ukoll l-oġġetti kemm ser idumu jistennew maħżuna qabel il-bejgħ. |
| iii) | Qed nintroduċu l-kunċett tal-kunsinnatarju uffiċjali |
| Hawn ma aħniex qed insegwu l-prattika l-antika li f’kull każ | hemm bżonn in-nomina ta’ kunsinnatarju. Il-prattika kienet li f’każijiet rari kien jinħatar xi ħadd, il-bqija le. Fl-emendi qed jiġi stabbilit li kif issir l-elevazzjoni ta’ l-oġġetti jiġi maħtur kunsinnatarju uffiċjali. Dan jagħmel iktar sens għax il-kunsinnatarju huwa neċessarju għall-garanzija tal-kustodja ta’ l-oġġetti pendenti l-bejgħ. |
| iv) | Estensjoni ta’ l-oġġetti li jistgħu jiġu maqbuda |
| Qed jiġi propost ukoll li ’l hekk imsejħa“res | incorporalis”, jiġifieri ishma, liċenzji, poloz ta’ assigurazzjoni u titoli ta’ proprjetà intellettwali jistgħu jkunu suġġetti ta’ mandat ta’ qbid. Dan għandu l-ewwel, jiċċara numru ta’ diffikultajiet li nqalgħu tul is-snin fuq x’jista’ jkun suġġett għall-qbid, kif ukoll b’liema proċedura dan jista’ jsir, u t-tieni, qed jiġu estiżi iktar drittijiet li jistgħu jkunu soġġetti għall-bejgħ. |
| v) | Qed jiġu eliminati frott fis-siġar kif ukoll dak miżrugħ |
| F’dan l-abbozz qiegħed jiġi riaffermat il-prinċipju | stabbilit bl-Att XXXI ta’ l-2003 li frott fuq is-siġar u ħaxix miżrugħ ma jistax jinqabad jew jiġi elevat. Din hija miżura favur il-bdiewa u prattika billi rari ħafna tiġi eżerċitata fiż-żminijiet ta’ llum. |
| vi) | Qed jiġi stabbilit li l-uffiċjal esekuttiv tal-qorti ma jistax jirċievi ħlas in parti. |
| Sfortunatament, parti mill-problema fit-tħaddim tal-mandat ta’ | qbid kienet marbuta mal-prattika żbaljata li l-marixxall seta’ jirċievi ħlas bin-nifs. Dan, flok ħajjar lid-debitur iħallas, wassal sabiex jiżdiedu id-dewmien u l-kumplikazzjonijiet. Għalhekk hawn qed jiġi propost li din tinqata’ darba għal dejjem, jiġifieri jew jingħata l-ħlas kollu jew inkella ikun hemm il-kontinwazzjoni tal-proċeduri u mhux sospensjoni fil-limbu legali. |
| vii) | Qed tiġi eliminata s-sistema tar-rikonjizzjoni |
Parti oħra mill-problema fil-mandati kienet marbuta mar-rikonjizzjoni. Meta jkun sar mandat ta’ qbid kontra persuna u wara jidħol ieħor il-marixxall, flok jerġa’ jmur, kien jerġa’ “jaqbad” fuq il-karta dak li kien inqabad qabel minn marixxall ieħor. Din qegħda issa titneħħa, l-ewwel għax hija prattika ħażina u tagħti lok għall-abbuż, u t-tieni għax issa qed nibdlu s-sistema u għalhekk mhux ser ikun hemm mandati ta’ qbid li ġew esegwiti u li għadhom qed jistennew il-primo ricorso jew il-jum tal-bejgħ in subbasta.
| ċ) | Biddilna wkoll numru ta’ kunċetti fil-mandat ta’ qbid ta’ l-immobbli. |
| Hawn segwejna dak li sar fl-Att XXXI ta’ l-2003 billi erġajna | stabbilejna l-kunċett ta’ mandat ta’ qbid separat għall-immobbli b’numru ta’ vantaġġi ġodda :- |
| i) | Fir-rikors irid ikun hemm dikjarazzjoni iktar ċara ta’ l-immobbli, l-jum u l-lok, u l-ħin tal-bejgħ jiġi stabbilit mill-bidu u jiġi nfurmat ir-Reġistru Ċentrali. |
| ii) | L-esperti (ħafna drabi periti arkitetti) ma jibqgħux jitħallsu abbażi tat-Tariffa K iżda b’waħda separata. Sfortunatament hawn kellna ħafna problemi u b’dan il-mod qed inħarsu lejn inqas piżijiet fuq id-debitur li huwa l-persuna li finalment qed iħallas il-kont. Barra minn dan, qed jiġi stabbilit li n-nomina ssir fuq bażi ta’ rota, jiġifieri kull min ikun fl-elenku jitqabbad u jkun hemm nomini ugwali u mhux l-iżbilanċi ta’ llum. |
| d) | Daħħalna l-Mandat ta’ Qbid ta’ Azjendi Kummerċjali |
| Tul dawn is-snin is-sistema legali tagħna, apparti mid-dewmien | tagħha, ma kellhiex soluzzjonijiet tajba għal persuni li għandhom jieħdu minn azjenda kummerċjali jew fejn hemm ġlied intern. Ħafna drabi, soċjetajiet kummerċjali bil-kapital finanzjarju u uman tagħhom, spiċċaw fix-xejn. L-ewwel, għax l-assi tkissru, nbiegħu biċċa biċċa u ntilef il-valur ta’ l-intrapriża fit-total sħiħ tagħha. It-tieni, għax il-mandat ta’ sekwestru sewa sabiex jagħlaq il-kontijiet bankarji. Għalhekk waqfet il-ħidma ta’ kuljum b’mod u manjiera li ħafna drabi soċjetà mblukkat oħra inqas b’saħħitha. |
| Għalhekk qiegħed jiġi introdott dan il-mandat li l-għan tiegħu | huwa, l-ewwel li jippreserva l-assjem sħiħ ta’ l-assi, inklużi l-liċenzji u l-avvjament sabiex l-azjenda tinbiegħ bħala ħaġa sħiħa u mhux imqatta’ biċċiet, u t-tieni, li jippreserva u jżomm għaddejja l-azjenda tul kawża bejn il-partijiet. Tibqa’ għaddejja l-azjenda billi jiġi nominat persuna li tamministra u tmexxiha sakemm jew tinqata’ l-kawża jew isir il-bejgħ finali ta’ kollox. Hawn hawn vantaġġi ġodda billi preżentement ma jistax jinħareġ mandat li filwaqt li jippreserva jżomm il-kummerċ għaddej fil-ħidma normali tiegħu. Ir-rimedji preżenti huma kollha marbuta u bbażati fuq l-elevazzjoni ta’ l-assi inkella fuq it-twaqqif totali ta’ dawk finanzjarji. Anke jekk xi drabi kien hawn min ipprova jagħmel użu mis-sekwestratarju ġudizzjarju, l-esperjenza uriet li dan m’huwiex adegwat sabiex iwieġeb għall-esiġenzi ta’ llum u f’ħafna mumenti s-sekwestratarju sab ruħu marbut, ma jistax jiċċaqlaq u l-azjenda titbiel. |
| e) | Vantaġġi ġodda fl-Irkant |
| Sfortunatament ħafna drabi proprjetà immobiljari u ta’ valur | ma ssibx prezz fis-subbasta u tinbiegħ bix-xejn għal numru ta’ raġunijiet li b’dan l-abbozz qed nippruvaw neliminaw sabiex jinqatel l-abbuż u l-piż fuq id-debitur jonqos kemm jista’ jkun bis-segwenti:- |
| i) | Il-bejgħ in subbasta jsir biss minn irkantatur pubbliku u, f’każijiet eċċezzjonali marbuta ma’ oġġetti li ser jispiċċaw, mir-reġistratur. Hawn għandna naraw trasparenza ikbar u valur ikbar fir-rikavat tal-prezz tal-bejgħ. |
| ii) | Il-proprjetà, hija x’inhija, ma tistax tinbiegħ b’inqas minn 60% tal-valur tagħha. Din ukoll għandha taqta’ barra l-abbuż li għandna llum fejn proprjetà tinbiegħ bix-xejn u d-debitur, flok jingħatalu l-kreditu kollu, jiġi li jitlef proprjetà bi ftit u jibqa’ jrid iħallas il-bilanċ. L-esperjenza uriet li ħafna drabi d-debituri kienu l-iktar li batew. |
| iii) | It-tneħħija tal-kwindena |
| Sfortunatament il-kwindena, flok qegħda sservi sabiex iżżid | il-valur ta’ post, qegħda tnaqqas għax ma tħajjarx persuni jiġu joffru meta jafu li hemm ħaddieħor li jista’ jerġa’ jidħol fin-nofs. Il-proċedura preżenti tant hija pedantika u kkomplikata li, ħlief għal min ikun għamel professjoni minn dawn it-tipi ta’ bejgħ, ftit tiġbed xerrejja. It-tneħħija tagħha, marbuta mal-fatt li l-valur irid ikun bilfors ta’ 60%, huma garanzija li d-debitur mhux ser jara l-proprjetà tiegħu mormija, anzi iktar valorizzata billi min joffri jaf li din ser jeħodha fl-aħħar nett tal-proċess u mhux hemm xi kapitolu ieħor x’jinfetaħ. |
| iv) | L-iżgumbrament |
| Waħda | mir-raġunijiet li żżomm terzi milli joffru fis-subbasta, kif ukoll tad-debitur li jħallas, huma bbażati fuq l-għarfien li wara l-liberazzjoni ta’ fond mhux ser ikun hemm ukoll l-iżgumbrament ta’ persuna li tokkupa l-post mingħajr titolu. Il-prattika llum hija li wara l-liberazzjoni trid terġa tiġi ppreżentata kawża ad hoc għall-iżgumbrament. Dan huwa ta’ piż kbir. Għalhekk qiegħed jiġi propost li l-liberazzjoni tfisser titolu esekuttiv li fuqu jista’ jinħareġ mandat ta’ żgumbrament, sakemm ma hemmx terzi li qed jokkupaw il-post b’titolu validu fil-liġi. Hemm dan ma huwiex applikabbli, però min ser jixtri jkun jaf bih billi jkun hemm id-deskrizzjoni fir-rapport ta’ l-espert. |
| v) | Pubbliċità |
| Daħħalna wkoll kunċett aħjar tal-pubbliċità tal-bejgħ | billi qed nippermettu li kull min għandu interess jista’ jirreklama dan il-bejgħ fil-gazzetti jew mezzi oħra tax-xandir. Illum il-ġurnata, l-avviż ftit ikunu jafu bih, jidher b’tipi żgħar u għalhekk limitat għal ftit persuni. B’dan il-mod wieħed jipprevedi li aktar xerrejja jattendu għall-bejgħ. |
| vi) | Bdil fl-animo compensandi |
| Parti oħra mill-problemi passati fil-bejgħ in subbasta twieldu | mill-komplikazzjonijiet ta’ persuni li jridu joffru animo compensandi. Is-sistema preżenti tipprevedi li l-ewwel, wieħed jiġi approvat mill-qorti u wara jkun jista’ joffri. Dan iġib ħafna inċertezza u anke posponimenti ta’ subbasti sakemm it-talbiet jiġu milqugħa jew miċħuda. Hawn qed jiġi propost li s-sistema tinbidel u tibda billi wieħed jirreġistra fil-bidu li ser joffri animo compensandi u jkun wara l-bejgħ li l-qorti tara jekk setax jew le. B’din il-miżura wieħed jiffranka ħafna ħin lill-qorti kif ukoll komplikazzjonijiet inutili meta min ikun talab ma jkunx il-persuna li kellu l-ogħla offerta u fl-istess ħin iġib sempliċità kbira. |
| vii) | Bdil fil-konkors tal-kredituri |
| Problema oħra marbuta mar-rikavat tal-bejgħ huwa dak li | jitwieled wara li tiġi preżentata ċ-ċedola ta’ depożitu. Sfortunatament meta jsir dan u l-qorti ssib li hemm ħafna persuni li għandhom pretensjoni fuq ir-rikavat, id-direzzjoni tkun sabiex il-partijiet jiftħu l-proċeduri tal-konkors tal-kredituri. Dan ifisser dewmien, komplikazzjonijiet u spejjeż żejda. Hawn qed jiġi propost li l-istess qorti ffaċċjata b’dawn it-talbiet tittrasforma ruħha f’waħda li tara l-konkors tal-kredituri u tibda dawn il-proċeduri hija stess minnufih ai termini ta’ l-artikolu 416 et sequitur. |
| f) | Bidliet fil-Mandat ta’ Sekwestru |
Fil-mandat ta’ sekwestru qed jiġu introdotti tliet miżuri.
| i) | Qed jiġi propost li meta l-banek ikunu notifikati b’mandat, dawn għandhom fi żmien ħmistax-il jum, jiddepożitaw. Għalhekk, is-sistema antikwata li terġa’ tibgħat ittra uffiċjali wara, qed jiġi propost li tinqata’ kompletament. Din għandha tħaffef ferm il-proċeduri u fl-istess ħin tnaqqas l-ispejjeż żejda li qed jidħlu għalihom il-kredituri. |
| ii) | Qed jiġi propost ukoll li mandat ta’ sekwestru ma joperax fil-konfront ta’ self fuq id-djar (house loans). Din qed issir għax ħafna drabi kull ma jiġri hawn huwa twaqqif inutili fil-kostruzzjoni. Min għandu jieħu fuq dar ta’ koppja li ser tiżżewweġ għandu jippreżenta mandat ta’ inibizzjoni għax kull ħlas li jsir mis-self fuq id-dar (house loan) qiegħed iżid fil-valur tal-post u għalhekk ma jagħmel ebda sens li tippermetti t-twaqqif tat-tħaddim ta’ din il-faċilità |
| iii) | Qed jiġi propost ukoll li faċilitajiet mogħtija fid-dinja bankarja magħrufa aħjar bħala “overdraft facilities” ta’ azjendi kummerċjali huma wkoll eżenti mill-mandat ta’ sekwestru. L-esperjenza tul dawn is-snin hija li b’din l-għodda tieqaf ir-rota ta’ l-azjenda u għalhekk kollox imur il-baħar. Sfortunatament hija arma kontra l-intrapriżi żgħar u medji minn min għandu iktar riżorsi minnhom. L-introduzzjoni tal-mandat ta’ azjenda għandu jkun strument effiċjenti u effikaċi sabiex wieħed jagħti rimedju tajjeb u bis-sens ferm iktar milli huwa s-sempliċi twaqqif komplet. |
| g) | Introduzzjoni tal-mandat in proċintu |
| Tul is-snin kien hemm ħafna sentenzi mogħtija li wara ma setgħux | jiġu esegwiti billi ma kien hemm ebda mandat esekuttiv li seta’ jiġi utilizzat. Hawn qed nistabilixxu għalhekk poter ġenerali li jippermetti lill-Qorti sabiex toħroġ mandat li permezz tiegħu jistgħu jiġu esegwiti dejjem meta l-Qorti tkun sodisfatta li l-kreditur ma għandux ebda mezz ta’ esekuzzjoni oħra. |
| Permezz ta’ din il-proposta qegħdin nerġgħu nagħtu rimedji | ġodda li jagħmlu sens li permezz tagħhom l-ordnijiet tal-Qorti jiġu esegwiti. |
| ħ) | Mandati Kawtelatorji – jiġu trasformati f’esekuttivi |
| Problema li jiltaqgħu magħha ħafna drabi kredituri titwieled | meta s-sentenza tiġi deċiża, però għadha mhux esegwita. Hemm sitwazzjonijiet fejn jerġgħu jinħarġu mandati esekuttivi ġodda u oħrajn fejn ma jistgħux. L-agħar sitwazzjoni titwieled fil-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju fejn la darba tiġi deċiża l-kawża jispiċċa fil-validità u għalhekk id-debitur jista’ jbiegħ u jaħrab id-debitu. Hawn, għalhekk, qiegħed jiġi propost li mandat kawtelatorju jiġi trasformat fit-tmien il-kawża f’wieħed esekuttiv, permezz ta’ proċedura apposta u dan, ovvjament, dejjem jekk il-kreditur ikun rebaħ il-kawża. Għalhekk qiegħed jingħad li l-mandati ta’ qbid, mandat ta’ qbid ta’ azjenda u mandat ta’ sekwestru jiġġeddu billi tiġi ppreżentata nota u fl-oħrajn jiġi ppreżentat rikors għall-mandat in proċintu. |
| i) | Mandat ta’ arrest ta’ ajruplani u bċejjeċ tal-baħar |
| Qed jiġi propost li jiġi introdott il-kunċett ta’ arrest ta’ | dawn l-oġġetti. Fl-emendi sottomessi mill-Att XXXI ta’ l-2002, deher għall-ewwel darba l-mandat ta’ qbid ta’ dawn. Dak kien vantaġġ però f’dawn is-sitwazzjonijiet hemm iktar minn sempliċi mandat ta’ qbid. Il-liġi Maltija hija dgħajfa fil-konfront ta’ oħrajn u dan huwa kontro-indikat meta tikkonsidra li aħna għandna numru kbir ta’ bastimenti reġistrati magħna. |
| Għalhekk qiegħed jiġi mqiegħed għall-konsiderazzjoni mandat | ta’ arrest li jkollu l-effett li jaqbad l-ajruplan jew il-biċċa tal-baħar ta’ ’l fuq minn għaxar metri mingħand id-debitur, kif ukoll li jissekwestra l-istess għand l-awtorità li f’idejha jinsab jew tinstab, ukoll li jordna li l-istess awtorità ma tirrilaxxax l-ajruplan jew il-biċċa tal-baħar jew li tippermetti lid-debitur eżekutant milli b’xi mod jiżvesti lilu nnifsu mill-istess fi sħiħ jew in parti jew li jagħti jew iċedi xi drittijiet fuq l-istess. |
| Il-mandat huwa esegwit għall-effetti kollha tal-liġi man-notifika | ta’ l-uffiċjal esekuttiv ta’ l-awtorità li f’idejha jkun jinsab l-ajruplan jew tinsab il-biċċa tal-baħar. |
| Dan għandu jkun vantaġġ għax permezz tiegħu hemm kontroll | aktar prattiku u in konformità ma’ kif jaħdem dan il-mandat fis-settur marittimu. |
| B’dawn | id-diversi emendi wieħed jittama li ġewwa l-Qrati tagħna jkun hemm sistemi iktar loġiċi, sempliċi u li jiswew inqas sabiex il-kredituri jitħallsu ta’ dak li ħaqqhom. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949