Konsultazzjoni pubblika għall-pjan ta’ mmaniġġjar ta’ l-ewwel Żona Marittima Mħarsa
pr1686
18/11/2005
| Fid-dawl tal-politika tiegħu, il-Gvern | huwa impenjat li jħejji u jniedi proġetti għall-ħarsien tal-biodiversità ta’ pajjiżna. Eżempju ta’ dan huwa x-xogħol estensiv li sar biex iż-żona minn Irdum Majjiesa sa Ras ir-Raħeb, bejn l-Imġarr u ‘l fuq minn Għajn Tuffieħa, tkun l-ewwel Żona Marittima Mħarsa fil-gżejjer Maltin. |
| Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent, George Pullicino fl-okkażjoni fejn tnediet konsultazzjoni pubblika għall-pjan ta’ mmaniġġjar għall-ewwel Żona Marittima Mħarsa. |
| “Dan jixhed li l-għan tal-ħarsien ta’ l-ambjent | naturali u l-ispeċi li jżejnu l-gżejjer Maltin qiegħed jingħata l-importanza meħtieġa,” qal il-Ministru Pullicino. |
| Fis-sentejn u nofs li ġejjin mistennija | jkun hemm żewġ Żoni Marittimi Mħarsa oħra, l-ewwel waħda madwar Filfla u t-tieni fid-Dwejra, Għawdex. Il-Ministru qal li dawn iż-żoni għandhom jiġu apprezzati mhux biss għall-valur ekoloġiku tagħhom imma wkoll għall-interess turistiku li jqajjmu. Il-gżejjer Maltin jattiraw madwar 35,000 għaddas barrani fis-sena. |
| Il-Ministru semma’ wkoll żewġ proġetti | oħra li bħalissa qegħdin jitħejjew: iċ-Ċentru ta’ San Luċjan, fejn se jkun hemm esibizzjoni permanenti li tindika l-ambjent marittimu madwar il-gżejjer Maltin, u pakkett edukattiv f’forma ta’ DVD dwar l-ekoloġija fil-Mediterran għall-iskejjel primarji. |
| Għall-ewwel dan id-DVD se jkun bil-Malti | u bl-Ingliż, iżda hemm il-ħsieb li iktar ‘il quddiem dan jiġi tradott f’ilsna oħra biex jintwera fl-iskejjel fil-baċir tal-Mediterran. |
| Dwar il-proġett ta’ | Rdum Majjiesa , il -Ministru qal li dan għandu l-għan ewlieni li jħares il-biodiversità marittima ta’ pajjiżna, u jgħin fil-qasam ekoloġiku, ekonomiku, xjentifiku, edukattiv, rikreattiv, u soċjali. U dan kollu jagħmel ġieħ lill-poplu tagħna u anki lil dawk li jżuru gżiritna. |
| Dan ix-xogħol kollu huwa riżultat ta’ | numru ta’ interventi, diskussjonijiet, tagħrif, u laqgħat ma’ numru ta’ entitajiet, kemm uffiċjali kif ukoll ta’ interessi speċifiċi, li kollha taw il-fehmiet u l-opinjonijiet tagħhom, biex filwaqt li l-biodiversità Maltija tkun aktar apprezzata u mħarsa, dan isir b’mod li l-attivitajiet kollha li huma miġbura f’din iż-żona jibqgħu jsiru, iżda mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lill-wirt naturali tagħna. |
| “Minbarra dan il-għan nazzjonali, wieħed | ma jridx jinsa li wirt naturali bħal dan huwa wkoll ta’ interess internazzjonali. Huwa fl-interess ta’ pajjiżna li nuru li aħna kapaċi nonoraw u nimplimentaw l-obbligi li dħalna għalihom meta sseħibna f’dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali,” qal il-Ministru Pullicino. |
| “M’għandiex dubju li dawk kollha li | għandhom għal qalbhom il-ħarsien tal-biodiversità tal-gżejjer Maltin, sejrin jgħatu sehemhom biex il-qafas ta’ mmaniġġjar li tnieda llum jiġi rfinut aktar, kemm fid-dawl tal-prinċipji tal-ħarsien tal-biodiversità, kif ukoll fiż-żmien stabbilit. Dan kollu finalment sejjer iwassal biex jintlaħaq ftehim bejn dawk kollha li għandhom xi interess fil-ħarsien ta’ dawn l-inħawi, biex iwasslu għall-għan prinċipali: Żona Marittima Mħarsa u mmaniġġata fuq bażi professjonali”, temm jgħid il-Ministru Pullicino. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949