Il-Gvern Malti jippreżenta r-rapport lill-Kummissjoni Ewropea fuq il-kaċċa u l-insib fir-Rebbiegħa
pr1679
17/11/2005
| Il-Gvern | Malti llum ppreżenta r-rapport lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tad-deroga taħt Artiklu 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar għall-kaċċa u l-insib tal-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa. |
| Mad-dħul ta’ | Malta fl-Unjoni Ewropea, Malta applikat Artiklu 9 sabiex tippermetti l-kaċċa u l-insib tas-summien u l-gamiem fil-gżejjer Maltin fir-rebbiegħa. |
| Fir-rapport | li ppreżentat lill-Kummissjoni, hemm imniżżel l-għadd ta’ għasafar li nqabdu minn mindu pajjiżna ssieħeb fl-UE sa l-aħħar ta’ Mejju 2004, il-kundizzjonijiet li japplikaw biex issir din l-attività u jispjega kif din is-sistema qiegħda tiġi kkontrollata u nfurzata. |
| Il-Gvern | qed jagħmel dak kollu li huwa possibbli mal-Kummissjoni Ewropea biex jinżammu l-kaċċa u l-insib għall-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa, u huwa determinat li jara li dan isir fil-parametri ta’ dak li hu stabbilit fil-liġi. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949