Left arrow Go Back

FTUH TA’ CENTRU TA’ MATUL IL-JUM GHALL-ANZJANI

pr1672
Date Icon 16/11/2005
F’l-okkazjonital-ftuħ taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa n-Naxxar, l-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’ qal li fis-snin li ġejjin se jkun hemm żieda fit-talba għal servizzi għall-anzjani għaliex in-numru ta’ anzjani se jiżdied ferm.  Hu previst li f’temp ta’ għoxrin sena l-anzjani jkunu jiffurmaw terz tal-popolazzjoni kollha.  Dan bla dubju se jġib miegħu pressjoni fuq il-Gvern u fuq is-servizzi li jipprovdi.  Il-Gvern mil-lum qiegħed jaħseb biex l-anzjani anki ta’ għoxrin sena oħra ikollhom il-mezzi biex jgħixu ħajja ta’ kwalità.  Il-Gvern qiegħed jaħdem fuq riforma tal-pensjonijiet għax is-sistema preżenti mhix waħda sostenibbli. Barra minhekk il-Gvern qiegħed jistieden lill-privat biex jidħol bi sħab mal-Gvern biex jitwettqu proġetti ta’ fejda fis-settur ta’ l-anzjani.  Dan diġà qiegħed isir u bħalissa għaddejja ħafna ħidma fuq ir-residenza għall-anzjani fil-Mellieħa.  Din il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat hi it-triq li rridu nimxu.
Fuqlivell aktar baxx din il-kollaborazzjoni qed tiġi wkoll imħaddma bejn il- Gvern u l-Kunsilli Lokali.  Fil-fatt għandna diversi Centri għall anzjani li huma mmexxija minn Kunsilli Lokali.  Is-sistema qegħda taħdem pero’ dejjem jibqa’ lok għal titjib.
Bħalf’kull Lokalità l-anzjani fin-Naxxar qegħdin jiżdiedu.  Dan iċ-Ċentru ta’ matul il-Jum għandu jgħin biex l-anzjani tan-Naxxar ikolhom fejn iqattgħu ftit ħin f’ambjent pjaċevoli.  L-anzjani m’għandhomx jitilfu din l-opprtunità.  Il-Ministru ħeġġeg lill-anzjani biex jiffrekwentaw il-post.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow