Inawgurat Ċentru ta’ Matul il-Jum fin-Naxxar
pr1666
15/11/2005
| L-Onor. Louis | Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’ u l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, illum inawguraw Ċentru ta’ Matul il-Jum fin-Naxxar. Dan iċ-Ċentru huwa l-15 il-wieħed tax-xorta tiegħu, u nfetaħ b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u l-Gvern. |
| Prezenti ghal din | ic-Cerimonja kien hemm is-Sindku tal-lokalita tan-Naxxar, Dott Maria Deguara, bosta kunsilliera kif ukoll numru ta’ anzjani li gew mistiedna jzuru dan ic-Ċentru ghall-ewwel darba. |
| F’kelmtejn li ghamlet l-Onor. Helen | D’Amato, hija sostniet illi l-mira ewlenija tal-Gvern kienet, għadha u tibqa' dejjem li safejn u sakemm hu possibli, l-anzjan jibqa' jgħix f'daru, fl-ambjent li huwa mdorri fih. Kien għalhekk li l-Gvern introduċa d-Day Centres, u diversi servizzi ohra bħal Home Help, Meals on Wheels, Handyman Service u l-Pensjoni tal-Wens fost oħrajn. Dawn is-servizzi jipprovdu spalla lill-anzjani u fl-istess waqt itaffu l-piz minn fuq il-familja tagħhom”. |
| Is-Sinjura D’Amato ħegget lill-anzjani | sabiex jattendu dan iċ-Ċentru li għalissa ser jiftaħ għal darba fil-gimgħa, filwaqt li spjegat li “iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bdew fl-1995 bil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Hamrun u taż-Żejtun, evolvew minn ċentri socjali, fejn l-anzjani kienu jiltaqgħu biex jissoċjalizzaw u jgħaddu l-ħin flimkien, għal ċentri fejn l-anzjani jinġħataw fost l-oħrajn anke servizzi ta’ podologija, occupational therapy u fizjoterapija. |
| F’dawn iċ-ċentri jiġu organizzati wkoll, | attivitajiet edukattivi, rekreattivi u spiritwali fuq bażi regolari skond iż-żmien tas-sena u tradizzjonijiet Maltin. Fiċ-ċentri, l-anzjani jiġu mħeġġa li jaqsmu l-ħiliet tagħhom ma’ anzjani oħra. F’ diversi ċentri isir xogħol ta’ granutel, crochet, parċmina, knitting u xogħol ta’ l-idejn ieħor. |
| Attivitajiet oħra organizzati permezz | tal-anzjani stess huma t-tagħlim tal-lingwi, kitarra u anke żfin. Is-Sinjura D’Amato ħegget lill-ħaddiema taċ-Ċentru kif ukoll lill-istess anzjani biex jagħmlu l-ħila tagħhom sabiex dan iċ-Ċentru ikun wieħed dinamiku u sabiex jagħrfu jagħmlu użu tajjeb mill-hin, kapacitajiet kif ukoll mill-lokalita (premises)”. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949