Premju Ħaddiem tas-Sena 2005
pr1650
11/11/2005
| Kif tħabbar aktar kmieni din is-sena, il-Premju Ħaddiem | tas-Sena 2005 se jingħata waqt serata li se tittella’ nhar is-Sibt 12 ta’ Novembru, fis-Sala Robert Samut, il-Furjana. Din is-sena ġew nominati erbatax-il persuna li ġejjin minn oqsma differenti tas-settur pubbliku u privat. |
| Dan ħabbru l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u | Xogħol waqt konferenza stampa li għaliha kienu wkoll preżenti l-isponsors tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2005 li jinkludu l-Maltacom, l-HSBC, McDonalds, Middlesea Insurance u Farsons. |
| Il-Ministru Louis Galea rringrazzja lill-isponsors ta’ | l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom biex tkun tista’ ssir is-serata. Hu tenna li hu tajjeb li l-Gvern u l-Privat jaħdmu flimkien biex isir dan ir-rikonoxximent tax-xogħol u l-ħidma ta’ Maltin eżemplari. |
| Il-Ministru Galea ħabbar ukoll it-tema magħżula għal din | is-sena, li hi “Il-Ħaddiem u l-Inklużjoni Soċjali”. Il-Ministru Galea tenna li bla dubju ta’ xejn, pajjiżna qed jgħaddi min esperjenza differenti fil-qasam tax-xogħol. Minbarra l-globalizzazzjoni u l-kompetittività li kull ma jmur qed iħallu impatt qawwi fuq is-suq lokali, għandna fenomenu ieħor soċjali li jrid jingħata l-importanza tiegħu ukoll – l-Inklużjoni Soċjali, jew aħjar, il-ħtieġa li kulħadd, irrispettivament mid-differenzi li jista’ jkollu, għandu jkun rispettat u jingħata kull spazju possibbli biex jikseb il-milja tiegħu. |
| “Irridu nirrikonoxxu li għalkemm ġejjin min | sitwazzjonijiet differenti, għandna nirrispettaw lil bniedem bid-drittijiet kollha li dan għandu, kemm bħala persuna kif ukoll bħala ħaddiem. Ikun żball kbir jekk ma’ nkunux ippreparati biex niffaċċjaw sitwazzjonijiet u nieħdu l-azzjoni meħtieġa meta persuna tkun qed tiġi diskriminata jew vittimizzata fuq il-post tax-xogħol minħabba d-diversita’ soċjali tagħha. Dan hu x’infissru meta ngħidu li rridu Soċjetà Inklussiva, kemm jekk fil-ħajja ta’ kuljum, kemm fl-edukazzjoni, kemm fil-politika, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol” temm jgħid il-Ministru Galea. |
| Is-serata tal-għoti | tal-Premju Ħaddiem tas-Sena se tkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Dr Edward Fenech Adami, u se jattendi wkoll il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi u l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea. |
| Is-serata tikkonsisti fi | spettaklu awdjo-viżiv mibni madwar it-tema ewlenija taċ-ċerimonja. Ikun hemm ukoll informazzjoni viżiva dwar il-ħaddiema nominati għall-premju. Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet, is-Sinjura Nora Macelli se tattendi wkoll biex tgħaddi t-trofew lir-rebbieħ ta’ din is-sena. Il-qofol tas-serata jintlaħaq bit-tħabbir ta’ min se jkun il-Ħaddiem tas-Sena 2005 mis-Sur Anthony Tabone, Chairman tal-Kumitat tal-Għażla. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949