Left arrow Go Back

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tiddeplora l-attitudni ta’ l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) dwar is-servizzi tat-tobba fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza ta’ l-Isptar San Luqa

pr1648
Date Icon 10/11/2005
Fix-xhurli għaddew kienu qed isiru  taħdidiet biex jitjieb in-numru ta’ tobba li jagħtu s-servizz tagħhom f’ċerti ħinijiet fid-Dipartiment ta l-Emerġenza.  L-awtoritajiet ta’ l-isptar San Luqa, kienu qed jinsistu li jiġi rivedut it-tqassim tat-tobba fid-diversi gradi, li huma diġa` allokati fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u r-roster li qed jinħadem, flimkien ma’ analiżi jekk hemmx ħtieġa li jiżdied in-numru totali ta’ tobba.
Fil-fattbħalissa d-Diviżjoni qed tikkonsidra biex f’Jannar 2006, in-numru totali ta’ tobba fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza jitla’ għal 36 tabib.  Meta l-management ta’ l-isptar San Luqa pprova jkopri ċertu mankanzi billi jagħmel re-deployment minn dipartimenti oħra, sab ma’ wiċċu direttiva lit-tobba, sabiex ma jiċċaqalqux mid-dipartimenti li huma assenjati lilhom.
It-tobbangħataw direttivi li jaċċettaw biss jekk kemm il-darba dan ix-xogħol isir fi ġranet fejn ikunu off, u dan mingħajr ma l-MAM tieħu ebda konsiderazzjoni li b’din id-direttiva, konniex sejrin nispiċċaw b’tobba li jaħdmu numru esaġerat ta’ sigħat.
Il-MAMil-bieraħ għażlet li tagħmel pubbliku dak li kienet qiegħda titlob.  Minbarra li ma tatx l-istampa kollha, kompliet tiżgwida u tħallat ‘issue’ ma’ oħra billi attakkat il-preparamenti ntensivi li qiegħda tagħmel id-Diviżjoni sabiex toffri servizz mediku ta’ l-aqwa kwalità, matul l-avvenimenti tal-CHOGM.
Għaldawn is-servizzi, id-Diviżjoni għandha bżonn tat-tobba esperti li ħarrġet fl-Emergency Response Team, sabiex jagħtu s-sehem sħiħ u kontinwu matul il-ġimġħa kollha tal-CHOGM.
Mid-Dipartimentta’ l-Emerġenza sejrin jittieħdu erba’ tobba, u li flokhom id-Diviżjoni ħasbet sa minn Lulju li għadda, billi identifikat sitt tobba li kellhom isaħħu id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza matul il-ġimgħa tal-CHOGM.  Dawn is-sitt tobba kellhom xhur sħaħ ta’ esperjenza fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza innifsu, qabel ma ntagħżlu bħala SHO’s  f’dipartimenti kliniċi oħra.
Il-management ta’ l-isptar u d-dipartimenti kliniċi, permezz tac-Chairmentagħhom, kellhom il-pjanijiet maqbula dwar kif sejrin jagħmlu tajjeb għal din is-sitwazzjoni.
Il-MAMgħalhekk hija għal kollox żbaljata meta tgħid li d-Diviżjoni m’għandhiex għal qalbha s-servizz tal-pazjent fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u fid-dipartimenti kliniċi.
Id-Diviżjonitas-Saħħa hija ċerta mis-support tal-pubbliku meta qiegħda tieħu miżuri sabiex tnaqqas il-ħela, iżżid l-effiċjenza u fl-istess ħin ma tnaqqas xejn mill-kwalità tas-servizz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow