Proċess ta’ ristrutturar fl-MCCA
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech ħabbar il-bord il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti (MCCA) kif ukoll proċess ta’ ristrutturazzjoni bl-iskop li l-organizazzjoni tkun waħda aktar żnella u ffokata fuq il-funzjonijiet ewlenin (core functions) tal-MCCA.
| Il-Kunsill tal-MCCA hu magħmul minn Hans Cauchi bħala | Chairman; Josef Camilleri, Deputy Chairman; u minn Francesca Balzan, Mro. Philip Ciantar, Isabelle Gatt, George Glanville, Sir Cameron Mckintosh, D Lit, Kevin Sciberras u Rev. Prof. Peter Serracino Inglott, bħala membri. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li MCCA | twaqqfet fl-2002 biex tippromwovi l-kultura Maltija permezz tal-forom kollha ta’ l-espressjoni kreattiva, biex tiżdied l-aċċessibilita’ tal-pubbliku għall-arti u biex il-wirt kulturali Malti jsir magħruf aktar lokalment u barra l-pajjiż. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-MCCA issa | se tiffoka aktar fuq il-funzjonijiet l-aktar importanti tagħha li jinkludu: |
| o L-iżvilupp, | il-motivazzjoni u t-titjib ta’ l-apprezzament, l-espressjoni u l-aċċessibilita’ għall-kultura u l-arti; |
| o Is-salvagwardja | ta’ l-iżvilupp dinamiku ta’ dawn it-tifsiliet kulturali; |
| o Il-kollaborazzjoni | mal-Kunsilli Lokali, NGOs u persuni oħra għall-promozzjoni tal-kultura u inizjattivi kulturali; |
o L-inkoraġġiment ta’ l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-espressjoni tal-potenzjal artistiku personali;
o Iż-żieda ta’ tagħrif u apprezzament ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi;
o Il-formolazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji li jiżguraw il-kultura Maltija lokalment u barra minn Malta; u
o Ir-riċerka relatata mal-kultura u l-arti.
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħidma ewlenija | tal-MCCA kienet l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti nazzjonali. Dan minħabba l-ħiliet fl-istruttura preżenti tal-ħaddiema. Hu qal li l-avvenimenti kienu qed jgħaddu f’idejn il-Ministeru u qed ikunu amalgamati fil-taqsima ta’ l-avvenimenti ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. Hu qal li b’hekk, l-MCCA tista’ tiffoka fuq il-missjoni tagħha (core mission). Hu qal li bl-istess mod kien ser jissaħħaħ il-kalendarju ta’ attivitajiet li se jkunu analizzati sew fuq is-siewi kulturali tagħhom, kif ukoll fuq il-potenzjal turistiku. |
| Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru | għat-Turiżmu u Kultura permezz ta’ l-“EU and Policy Development Directorate” kien qed jaħdem fuq politika kulturali għal Malta, li qed tieħu f’konsiderazzjoni il-proċess vast ta’ konsultazzjoni dwar dan is-suġġett li seħħ fl-aħħar snin. Hu qal li darba jsir abbozz, din il-politika tiġi diskussa mal-Kunsill u titqiegħed taħt forma ta’ white paper. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal l-MEU kienet | kummissjonata wkoll biex tanalizza l-benefiċċji li jkunu integrati t-Teatru Manoel, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u ċ-Ċentru għall-Kreattivita’. Hu qal li din il-miżura hi maħsuba biex issaħħaħ il-kapaċita’ amministrattiva u ta’ marketing tat-tlett entitajiet mingħajr ma bl-ebda mod tnaqqas l-identita’ korporattiva u l-funzjoni ta’ kull entita’. Hekk dawn l-entitajiet ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-funzjonijiet l-aktar importanti tagħhom. |
| Il-Ministru Zammit Dimech ħabbar li l-Professur Joe | Friggieri li kien iċ-Chairman preċedenti tal-MCCA se jibqa’ jaġixxi bħala Advisor tal-Ministeru fuq il-qasam kulturali b’mod ġenerali u b’mod partikolari ġie mitlub mill-Gvern biex isegwi dan il-proġett. Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ħatar steering committee mmexxi minn Joe F.X. Zahra biex jipprepara għat-twaqqif ta’ Akkademja tal-Mużika. Hu qal li din kienet waħda mill-inizjattivi identifikati mill-MCCA. Hu qal li fix-xhur li ġejjin il-Kumitat se jkun qed jaħdem biex jiffinalizza l-istatut u l-qafas għall-Akkademja. Hu qal li fl-estimi ta’ din is-sena kien hemm token vote għat-twaqqif ta’ din l-Akkademja. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern | preżenti kien qiegħed l-iżvilupp tal-kultura u l-arti fost il-prioritajiet tiegħu għall-iżvilupp kulturali u ekonomiku ta’ pajjiżna. Francis Zammit Dimech qal li l-kultura u l-arti kienu jkabbru l-identita’ nazzjonali filwaqt li jikkontribwixxu biex inkabbru waħda minn niċeċ turistiċi, dik tat-turiżmu kulturali. Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-snin li ġejjin kienu għall-kultura u l-arti, snin interessanti ħafna li fihom kulħadd ried jikkontribwixxi biex pajjiżna jkompli jippromwovi dak li ħallewlna missirijietna filwaqt li jiżviluppa proġetti ġodda kulturali li jkompli jagħżluna minn kull nazzjon ieħor. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949