Left arrow Go Back

IT-TERMINAL TAL-PASSIĠĠIERI ĠDID JIBDA JAĦDEM F’MARZU 2006

pr1644
Date Icon 10/11/2005
L-attività kummerċjali u turistika li ġiet iġġenerata fix-Xatt tal-Beltbl-inawgurazzjoni tal-proġett tal-Cruise Passenger Terminal ser tkompli tieħu spinta fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif ser jiftħu aktar ħwienet fil-Forni Complex meta dan jitlesta fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru.
Waqt żjara li għamel fis-sit tal-Kumpless, il-Ministrugħall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett qal li l-iżvilupp li sar minn VISET plc., fl-aħħar sentejn huwa xempju ta’ kif proġett ta’ riġenerazzjoni maħsub sew, jaf jagħti ħajja ġdida lil żoni sħaħ li jkunu mitluqin.
Hu qal li hija ħaġa tal-għaġeb kif ix-xatt tal-Belt setajieħu xejra ġdida fi żmien ftit xhur biex illum sar ċentru alternattiv għad-divertiment.
“M’hemmx dubju li l-investiment minn VISET plc.,fir-rijabilitazzjoni ta’ din iż-żona, kienet l-ingrendjent indispensabbli biex dan il-proġett seta jseħħ. Iżda l-investiment li għamlu l-intraprendituri, li ħatfu l-opportunità biex jiftħu stabbilimenti kummerċjali fl-imħażen ta’ Pinto matul ix-xatt, jixhed il-kunfidenza li s-settur privat għandu f’dan il-proġett, kif ukoll fl-ekonomija Maltija.
“Meta jiftaħ ix-xahar id-dieħel, il-Kumpless Forni serikompli jibni u  jsaħħaħ fuq is-suċċess li rajna jitwettaq fix-xhur tas-Sajf matul ix-xatt,” kompla jgħid il-Ministru Mugliett.
“Fix-xhur li ġejjin, il-Gvern mistenni jkattar il-ħidmatiegħu sabiex jikkomplimenta x-xogħlijiet li qed jitwettqu minn VISET plc. Dawn ix-xogħlijiet huma mmirati partikolarment sabiex itejjbu l-aċċessibilità mix-xatt għaċ-ċentru tal-Belt u anke l-bqija ta’ Malta,” qal il-Ministru Mugliett.
Hu spjega li wieħed mill-proġetti ta’ toroq li l-Gvernmistenni jipproponi għal ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu finanzjarju 2007-2013 huwa propju t-titjib tat-triq li minn Spencer Hill twassal sal-Cruise Passenger Terminal. Hemm ukoll proġett ieħor biex jiddaħħlu sistemi ta’ aċċess vertikali li jgħaqqdu it-terminal mal-Belt Valletta.
Il-Kumpless Forni ser jilqa’ fiħ terminaltal-passiġġieri tal-cruise liners ġdid fil-livell ta’ taħt, b’għadd kbir ta’ stabbilimenti kummerċjali fil-livelli l-oħra.
Ix-xogħol fuqu kien beda f’Ġunju 2004, ftit warat-tlestija tal-link road li tgħaddi minn wara l-imħażen ta’ Pinto. L-istruttura tal-binja hija għal kollox lesta filwaqt li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq is-servizzi u l-‘finishes’.
Hu maħsub li l-ewwel ħwienet tal-kumpless jiftħufl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru filwaqt li t-terminal tal-passiġġieri jibda jaħdem f’Marzu tas-sena d-dieħla. Dan it-terminal ser ikun jista’ jilqa’ fiħ traffiku ta’ passiġġieri minn cruise liners li jużaw lil Malta, bħala home port; kif ukoll passiġġieri minn cruise liners li jużaw lil Malta bħala port of call. Il-kumpless ser jinkludi fih ukoll numru ta’ travel value shops.
Bil-ftuħ tat-terminal il-ġdid, it-terminaltal-passiġġieri fuq in-naħa tal-Marsa, li kien ġie rinovat għal kollox is-sena l-oħra, ser jibda jintuża bħala ferry terminal, għalkemm dan jista’ jkompli jintuża wkoll għall-passiġġieri tal-cruise liners f’każ ta’ bżonn.
Mat-tlestija tal-Kumpless Forni, VISET plc mistennijatibda xogħol fuq l-aċċess għal-laguna fuq in-naħa tat-terminal tal-passiġġieri l-qadim. Dan l-iżvilupp ser jiftaħ il-laguna u jagħmilha possibbli għall-water taxis biex jidħlu max-xatt.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow