Jinbnew pontijiet ta’ aċċess għal faċilitajiet sportivi tul il-watercourse li minn Ħal Qormi jwassal sal-Marsa
pr1623
08/11/2005
| Il-problema ta’ għargħar | fl-inħawi ta’ Ħal Qormi u l-Marsa kienet ilha teżisti snin twal. Wara l-maltempata ta’ Settembru 2003, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura daħal għal sfida kbira. Sfida li ssarfet fi proġett serju ta’ tindif ta’ widien kif ukoll bini u twessiegħ ta’ koros ta’ l-ilma. Sentejn wara, ir-riżultati qed juru li din il-problema ttaffiet bi kbir. Din il-ħidma twettqet kollha minn ħaddiema tal-Gvern. |
| Il-Ministru Ninu Zammit | żar ix-xogħlijiet ta’ bini ta’ żewġ pontijiet li qed jinbnew tul il-korsa ta’ l-ilma li nbniet mill-ġdid fl-2004. Matul l-2004 twettqet ħidma kbira sabiex twessa’ l-kanal ta’ 1,200 metru li minn Ħal-Qormi jwassal għal Marsa minn 8 metri għal 12-il metru. |
| Il-kanal ingħata wkoll | wiċċ tal-konkos sabiex jiffaċilita l-korsa tal-ilma. Inbena mill-ġdid pont ġdid ta’ 12-il metru fi Triq l-Iljun, proprju wara l-birrerija Lowenbrau. Id-disinji ta’ dawn ix-xogħlijiet twettqu kollha mill-Periti tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. |
| Fil-preżent għaddej ukoll | xogħol ta’ bini ta’ kanal li minn Aldo Moro jwassal għal Xatt il-Mollijiet. Il-kanal eżistenti qed jitwessa’ minn 8 metri għal 16-il metru għal tul ta’ 120 metru. Flimkien ma’ dan ix-xogħol qed tinbena fergħa ġdida, wiesa’ 12-il metru u twila 160 metru, li mill-kanal eżistenti twassal sa Xatt il-Mollijiet. |
| Din il-fergħa se tinbena | sabiex jiġi evitat li jsir intervent fuq bini storiku. Wara iċ-ċaqlieq ta’ servizzi li se jintlaqtu minn dan it-twessiegħ tal-kanal, bħalissa għaddej it-tqegħid ta’ precast units biex jiġi ffurmat il-ġenb tal-kanal. Dawn il-160 unit tal-konkos nħadmu fl-aħħar xhur mill-istess ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Sabiex jitpoġġew il-precast units li se jiffurmaw il-ġenb tal-kanal (embankments) irid isir skavar ta’ 20,000 metru kubu ta’ materjal. |
| Flimkien mal-ġurnalisti | preżenti, l-Ministru Zammit segwa x-xogħol ta’ bini ta’ żewġ pontijiet li se jservu ta’ aċċess għall-Marsa Sports Complex u l-Marsa Sports Club. Dan se jippermetti aċċess aktar adekwat għal pubbliku li jiffrekwenta dawn il-faċilitajiet sportivi. |
| Fl-aħħar sentejn, | ħaddiema mit-Taqsima tax-Xogħlijiet naddfu ‘l fuq minn 13 –il kilometru ta’ widien minn veġetazzjoni, skart mormi b’mod illegali u kull tip ta’ materjal ieħor li kien qed jimblokka il-korsa ta’ l-ilma. |
| Finalment il-Ministru | Zammit fakkar li l-Unjoni Ewropea ikkontribwit ukoll sabiex dan ix-xogħol seta’ jitwettaq b’għotja ta’ miljun Ewro. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949