Left arrow Go Back

Aktar investiment fil-lukandi

pr1615
Date Icon 07/11/2005
L-ewwel “Hospitality & Leisure TradeFair” kienet inawgurata l-lum it-Tnejn 7 ta’ Novembru mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech. L-industrija ta’ l-ospitalita’ u d-divertiment f’Malta tikkontribwixxi sostanzjalment għall-ġid nazzjonali u l-impjiegi. Fl-2004, il-produzzjoni minn dan is-settur laħqet Lm300 miljun jew 22.5 tal-produzzjoni nazzjonali u 35% ta’ l-esportazzjoni. L-industrja timpjega 20,000 persuna. Barra minn hekk, l-industrja tipprovdi għal numru sostanzjali ta’ mpjiegi ndiretti.
Il-Ministru Zammit Dimechqal li s-settur ta’ l-ospitalita’ u d-divertiment hu intrinsikament marbut mas-settur turistiku. Hu qal li dan is-settur qed ikompli jikber sew fin-numru ta’ turisti li jżuru pajjiżna, kif ukoll fid-dħul għall-pajjiż. Hu qal li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li qegħdin fiha n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna żdied b’1.2 fil-mija fuq l-istess perijodu s-sena l-oħra; filwaqt li l-qligħ f’munita barranija mit-turiżmu laħaq Lm204.7 miljun, żieda ta’ 1.3 fil-mija. Hu qal li, anke jekk marġinalment, il-qligħ perċentwali f’munita barranija kien ogħla miż-żieda fin-numru ta’ turisti li żaruna u dan kien indikattiv.
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura qal li l-Gvern tant kien konxju mill-importanza tas-settur turistiku li kien għaddej b’diversi proġetti biex jgħolli l-livell tal-prodott turistiku. Hu qal li din is-sena, minbarra l-vot ta’ Lm8 miljun lill-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta, il-Gvern kien qed jivvota Lm500,000 għal eżerċizzju komprensiv ta’ ‘branding’ u Lm150,000 għall-immaniġġjar ta’ sitt zoni turistiċi li kienu identifikati għal tisbiħ mill-Kumitat Interministerjali dwar it-Turiżmu.
Il-Ministru FrancisZammit Dimech qal li l-fiduċja f’dan is-settur toħroġ mill-fatt li l-investiment f’lukandi ġodda u tkabbir ta’ lukandi eżistenti qed jikber ukoll. Hu qal li l-investiment f’lukandi ġodda u estensjonijiet kiber minn Lm73 miljun għal Lm85.5 miljun biż-żieda ta’ żewġ proġetti ġodda. Hu qal li din is-sena tnedew seba’ proġetti ġodda b’investiment ta’ Lm30.5 miljun filwaqt li s-sena d-dieħla se jiġu inawgurati, jew hemm ippjanati, seba’ proġetti oħra b’investiment ta’ Lm55 miljun.
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura qal li l-ekonomija kienet marbuta mal-kapaċita’ tal-poplu li jonfoq. Hu qal li dan jgħodd l-aktar għall-konsum. Hu qal li bejn l-2002 u l-2004 d-dħul disponibbli kiber minn Lm1,152 miljun għal Lm1,156 miljun filwaqt li l-konsum privat żdied minn Lm1,095 miljun għal Lm1,154 miljun. Hu qal li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ż-żewġ setturi baqgħu javvanzaw bid-dħul disponibbli jitla’ minn Lm890 miljun għal Lm926 miljun, żieda ta’  Lm36 miljun jew 4 fil-mija u l-konsum privat jitla’ minn Lm852 miljun għal Lm872 miljun, żieda ta’ Lm20 miljun jew 2.3 fil-mija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow