Il-vot għall-wirt storiku żdied b’50% f’sentejn
pr1612
06/11/2005
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit | Dimech qal li għall-Gvern preżenti il-ħarsien tal-wirt kulturali u storiku ta’ pajjiżna kien jieħu priorita’. Hu qal li din is-sena l-Gvern kien qed jalloka Lm2,332,000 għal-Heritage Malta, ċifra li tinkludi Lm256,000 ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Hu qal li din iċ-ċifra kienet 50 % aktar minn dik tas-sena l-oħra, l-2004. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura li kien prezenti | ghal waħda miż-żjarat kulturali li qed jiġu organizzati, qal li f’dawn l-aħħar snin il-Gvern kien waqqaf Heritage Malta, is-Sovrintendenza għall-Patrimonju Nazzjonali u l-Uffiċju tas-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet. Hu qal li fl-aħħar snin kienu twettqu għexieren ta’ proġetti ta’ restawr li jinkludu l-Ipoġew, Bieb il-Bombi, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Kavalier ta’ San Ġakbu, il-Forti Ricasoli, restawr fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt (li jinkludi l-bitħa fejn isir l-Kunċert ta’ Jum l-Indipendenza) u diversi proġetti ta’ restawr fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u d-Domus Romana. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li bl-għajnuna ta’ | fondi mill-Fond Ewropew għall-Żvilupp Reġjonali (ERDF) li hu finanzjat għall-parti l-kbira minnu mill-Kummissjoni Ewropea, ser jitwettaq proġett għall-konservazzjoni u l-interpretazzjoni f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Għal dan il-proġett, fi Frar li għadda ġew approvati 3.5 miljun Ewro f’fondi. Hu qal li f’Lulju li għadda kien installat fuq il-post tagħmir għall-monitoraġġ ambjentali li ser jibqa’ hemm sa Lulju 2006. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li wara sejħa għal | offerti, proġett għal servizzi għall-immaniġġjar ingħata f’Lulju ta’ din is-sena filwaqt li proġett għal 3D recording tat-tempji ta’ l-Imnajdra u Ħaġar Qim u tal-landscape ta’ madwar beda f’Awissu. Hu qal li f’Mejju li għadda ħarġet ukoll sejħa għal offerti biex jiddawwal ir-reċint ta’ madwar iż-żewġ tempji; l-evalwazzjoni ta’ l-offerti tlestiet f’Awissu. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-proġett ser | ikun l-akbar wieħed li qatt twettaq għall-konservazzjoni ta’ sit arkeoloġiku. Hu qal li fil-proġetti ta’ l-Ipoġew u d-Domus Romana lħaqna l-eċċellenza fil-kwalita’ ta’ xogħol li sar. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-ħidma | kbira li qed issir fil-qasam tar-restawr u l-konservazzjoni mhux biss qed tikkontribwixxi biex il-wirt kulturali u storiku ta’ pajjiżna jiġi mħares iżda anke biex il-Maltin isiru aktar konxji ta’ dak li ħallewlna l-antenati tagħna. Hu qal li dan iservi wkoll biex inkomplu ntejjbu l-prodott turistiku Malti, fejn it-turiżmu kulturali jattira aktar minn 16 % tat-turisti kollha li jżuru pajjiżna. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li ż-żjarat kulturali | li qed ikunu organizzati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu u Heritage Malta, ukoll qed jikkontribwixxu biex tinxtered il-kultura f’pajjiżna. Hu qal li dawn iż-żjarat diġa’ kienu suċċess kbir s-sena li għaddiet u kien jistenna li din is-sena jkollhom suċċess akbar. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947