Left arrow Go Back

Ħaddiema tal-Gvern iwettqu ħidma intensiva sabiex isebbħu ir-rotta bejn l-Ajruport Internazzjonali u l-Belt Valletta

pr1605
Date Icon 04/11/2005
Kienuġimgħat ta’ ħidma ntensiva mwettqa minn ħaddiema tal-Gvern li waslu sabiex dik li hija meqjusa bħala l-vetrina ta’ pajjiżna għal kull turist li jżurna, tingħata dehra isbaħ. Kien proġett ambizzjuż li daħal għalih il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura bl-għajnuna ta’ diversi entitajiet oħra tal-Gvern. Is-sinerġija bejn diversi dipartimenti waslet sabiex fi ftit ġimgħat ir-rotta bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Belt Valletta ngħatat dehra ġdida.
Ix-xogħolkien jikkonsisti f’diversi tipi ta’ interventi. Dawn kienu jvarjaw minn bini ta’ ħitan, bankini u kurduni ġodda, roundabouts, tħaffir ta’ toqob ġodda għal arbli, bdil ta’ arbli tad-dawl u twaħħil ta’ brackets, dwal ma’ monumenti, installazzjoni ta’ xtiebi u kontenituri ta’ l-iskart, sinjali ta’ traffiku, road markings, twaħħil ta’ railings, u tisbiħ ġenerali. Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet twettqu minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Il-MinistruNinu Zammit ta elenku ta’ dak kollu li twettaq fuq din ir-rotta meta flimkien mal-ġurnalisti segwa l-aħħar xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed jitwettqu fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa. B’kollox twettaq xogħol fi tnax-il triq, kollha kunsidrati bħala toroq arterjali. Dawn kienu Vjal l-Avjazzjoni Ċivili u Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa f’Ħal-Luqa, Triq Garibaldi, Vjal il-Labour, Vjal Sir Paul Boffa, Vjal Qasam Industrijali, Triq Aldo Moro u Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa, Triq Nazzjonali fil-Blata l-Bajda, Triq Sant’Anna fil-Furjana u l-Monument tal-Gwerra fid-daħla tal-Belt. Bini u manutenzjoni ta’ ħitan
Inbnewu saret manutenzjoni fuq il-ħitan tal-ġnub ta’ bosta toroq. Ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet taw dehra isbaħ lil Vjal l-Avjazzjoni Ċivili, Triq Kunsill ta’ l-Ewropa, Vjal il-Labour, Vjal Sir Paul Boffa u Triq Diċembru Tlettax. Il-kostruzzjoni ta’ ħajt, taħt il-binja minn fejn topera l-kumpanija Ark Publishing, kien wieħed delikat. Dan minħabba li l-ħajt eżistenti kellu problemi strutturali. Dan wassal sabiex inbena ħajt ġdid filwaqt li ssaħħu il-pedamenti.
Pavimentar,bankini u kurduni ġodda
Il-Ħaddiematal-Gvern bnew bankini ġodda u wettqu xogħol ta’ pavimentar fi Triq Garibaldi, Vjal Qasam Industrijali, Triq Nazzjonali, Triq Sant’Anna u mad-dawra tal-monument tal-Gwerra. B’kollox saru ‘l fuq minn 2,8 km ta’ kurduna; 1,1km ta’ coping fuq ħitan, 3,200 metru ta’ bini ta’ ħitan bit-tberfil, 2,100 metru kwadru ta’ pavimentar; 1,000 metru kwadru ta’ tibjid ta’ ħitan u 3,100 metru kwadru ta’ bankini bit-tarmak.

Roundabouts

Sar ukoll intervent fuq żewġroundabouts li wieħed isib f’din ir-rotta. Ir-roundabout li tinsab qabel Triq Garibaldi, inbniet mill-ġdid, filwaqt li nbidlet il-kurduna tar-roundabout fi Triq Aldo Moro. Ix-xogħol fir-roundabouts kien ikkumplimentat bit-tħaffir ta’ numru ta’ ħofor għal arbli.
Arblitad-dawl u brackets
Tuldin ir-rotta, nbidlu numru ta’ arbli tad-dawl mill-Enemalta.  Ħaddiema mid-Dipartiment għal-Manifattura u Servizzi mmanifatturaw 1,500 bracket tal-ħadid li twaħħlu madwar Malta kollha. Dawn qed jintużaw bħala parti mill-promozzjoni għaċ-CHOGM.
RoadMarkings u Sinjali tat-Traffiku
Il-proġettinkluda wkoll stallazzjoni ta’ sinjali ta’ traffiku, tindif ta’ dawk eżistenti u ‘l fuq minn 40km  ta’ road markings.
Xtiebiu twaħħil ta’ railings
Il-MinistruNinu Zammit ta wkoll dettalji dwar l-installazzjoni ta’ xtiebi mad-daħliet ta’ l-għelieqi li jinsabu f’din ir-rotta. Dawn ix-xtiebi kif ukoll ir-railings tal-ħadid inħaddmu kollha mid-Dipartiment għal Manifattura u Servizzi.
Konteniturita’ l-iskart
L-istessħaddiema fi ħdan id-Dipartiment għal Manifattura u Servizzi mmanifatturaw kontenituri ta’ l-iskart li ġew installati tul din ir-rotta.
Restawru Illuminazzjoni ta’ Monumenti
Ħaddiematat-Taqsima tar-Restawr irrestawraw il-monument ta’ l-Iljun tal-Floriana. Dan il-monument, kif ukoll dak tal-Gwerra fid-daħla tal-Belt, ġew illuminati b’dawl dekorattiv u li jixraq.
Il-Ministrugħar-Riżorsi u l-Infrastruttura irringrazzja lill-ħaddiema u lill-periti fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet għal isforz u l-impenn li twettaq sabiex dan il-proġett mexa skond il-pjan stabbilit. Dan il-proġett sewa ‘l fuq minn miljun lira, li jinkludu wkoll l-pagi tal-ħaddiema.
Finalment,il-Ministru Zammit appella lil pubbliku Malti sabiex jagħraf dejjem iktar jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. Dan mhux biss għall-iskop li ntejbu l-prodott turistiku imma sabiex il-proġetti ta’ tisbiħ li dan il-Ministeru qed iwettaq, jitgawdew minnha u minn uliedna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow