IR-RIŻULTATI FUQ IL-KAMPJUNI TA’ L-GĦASAFAR MISJUBA ABBORD VAPUR FIL-FREEPORT JIKKONFERMAW LI MA KIENX KAŻ TA’ INFLUWENZA TAT-TJUR
pr1602
03/11/2005
| Ir-riżultati | fuq il-kampjuni ta’ l-għasafar misjuba mejta abbord vapur fil-Freeport jikkonfermaw li dan ma kienx każ ta’ influwenza tat-tjur. |
| Dawn | ir-riżultati ġew komunikati mil-Laboratorju ta’ Weybridge, f’Surrey l-Ingilterra fejn kienu ntbagħtu għal aktar investigazzjonijiet biex ikun żgurat li jitneħħa kull suspett relatat ma’ dan l-inċident. Dawn ir-riżultati jikkonfermaw l-ewwel testijiet u l-awtopsja li saru fuq l-għasafar mill-veterinarji Maltin ftit ħin wara li daħal ir-rapport dwar is-sejba ta’ l-għasafar mejtin. |
| Ta’ | min ifakkar li wara li daħal ir-rapport tas-sejba ta’ l-għasafar, fi ftit ħin ittieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni u sar il-proċess ta’ disinfezzjoni kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-post fejn instabu l-għasafar. |
| B’din | il-konferma mil-laboratorju Ingliż irid jerġa’ jiġi riaffermat li Malta hija pajjiż ħielsa mill-virus ta’ l-influwenza tat-tjur u b’hekk hu garantit li anke l-laħam tat-tiġieġ proċessat lokalment ma hu ta’ ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem. |
| Il-Ministeru | jirringrazzja lill-pubbliku ġenerali u lid-diversi entitajiet u għaqdiet tal-koperazzjoni li wrew fl-aħħar ġimgħat. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947