Left arrow Go Back

TWAQQIF TA’ AKKADEMJA NAZZJONALI TAL-MUŻIKA

pr1601
Date Icon 03/11/2005
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ħabbar li l-Ministeru tiegħu kien qed jaħdem biex iwaqqaf Akkademja Nazzjonali tal-Mużika u li fl-Estimi ta’ din is-sena hemm vot biex jingħata bidu għal dan il-proġett.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech kien qed jitkellem meta ħabbar il-preżentazzjoni ta’ Kunċert Orkestrali minn The World Youth Chamber Orchestra bħala parti mill-ħames edizzjoni tal-Festival tal-2005 tal-Mużiċisti Żgħażagħ Internazzjonali.  Dan il-kunċert hu organizzat minn MusicaEuropa – Art in Life f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.  Il-kunċert se jittella’ fi-Teatru Manoel fl-1 ta’ Diċembru 2005 fis-7.30 pm.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li d-dokument ta’ qabel il-budget “Biex Int Tgħix Aħjar” jagħti informazzjoni dettaljata dwar it-twaqqif ta’ l-Akkademja Nazzjonali tal-Mużika. Hu qal li l-missjoni ta’ l-Akkademja tal-Mużika se tkun li tiżviluppa livell ta’ eċċellenza fid-daqq u t-tagħlim tal-mużika, sabiex b’hekk tinħoloq pjattaforma għall-artisti tal-lum u ta’ għada. Hu qal li din l-Akkademja se jkollha wkoll l-għan li żżid il-livell ta’ apprezzament u l-għarfien tal-mużika fis-soċjeta’. Francis Zammit Dimech qal li se nħeġġu l-parteċipazzjoni fil-mużika u se jiżdiedu l-opportunitajiet għall-Maltin biex jaqbdu karriera fil-mużika waqt li fl-istess ħin nagħtu spinta favur l-edukazzjoni tul il-ħajja.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li għan ieħor ta’ l-Akkademja hu li tgħin lill-mużiċisti preżenti, inklużi dawk li jdoqqu ma’ l-Orkestra Nazzjonali, biex jiżviluppaw aktar t-talent tagħhom fit-tagħlim professjoali tal-mużika, waqt li tattira mużiċisti ta’ eta’ żgħira biex isegwu korsijiet tal-mużika. Hu qal li l-Akkademja għandha tipprovdi tagħlim għal kull forma ta’ mużika.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech fakkar li l-każini tal-baned f’pajjiżna huma wkoll skejjel tal-mużika li minnhom joħorġu mijiet ta’ bandisti fis-sena. Hu qal li skond l-aħħar statistika ppubblikata mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika fl-2004 kien hemm 4,106 bandist idoqqu mal-baned f’Malta u Għawdex li esegwew 1,186 programm mużikali. Hu qal li dan juri l-importanza tal-baned biex ixerrdu l-mużika f’pajjiżna u għaliex l-arti tal-mużika f’pajjiżna kienet daqshekk prevalenti.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li l-Akkademja tal-Mużika trid tiġi stabbilita bħala ċentru ta’ eċċellenza li tiffoka fuq il-mużika tal-Mediterran u taħdem biex lil din il-mużika tagħtiha dimensjoni internazzjonali.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li it-twaqqif ta’ Akkademja Nazzjonali tal-Mużika għandu wkoll jikontribwixxi għas-settur turistiku billi din mhux biss tgħin ħalli jkunu żviluppati t-talenti mużikali tal-Maltin  iżda biex tmexxi ’l quddiem il-mużika Maltija li tkompli tagħtina identita’.
Il-MinistruZammit Dimech qal li fi żmien meta qegħdin niffukaw l-isforzi tagħna kollha biex min iżurna ikollu esperjenza ta’ pajjiżna – ta’ l-istorja u l-kultura tagħna –  kwalunkwe inizjattiva favur it-tisħiħ ta’ l-identita’ tagħna għandha tiġi inkorraġita u msaħħa.
Il-WorldYouth Chamber Orchestra hi komposta minn 18-il mużiċista professjonali ta’ l-ogħla kwalita’ li se jagħtu selezzjoni ta’ xogħlijiet Barokki minn Vivaldi u l-aħwa Bach. Il-Kunċert Orkestrali hu appoġġjat mill-programm Culture 2000 ta’ l-Unjoni Ewropea, MusicaEurope – Art is Life, il-World Youth Chamber Orchestra, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u Martini.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow