Left arrow Go Back

“IL-BUDGET JIXHED VOT TA’ FIDUĊJA TAL-GVERN FL-ATTIVITA` KUMMERĊJALI” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr1598
Date Icon 03/11/2005
“Il-Budget huwa vot ta’ fiduċja li għandul-Gvern fl-attivita` kummerċjali f’pajjiżna.  Huwa budget li permezz tiegħu qed jittieħdu miżuri biex tissaħħaħ iċ-ċertezza tal-konsumatur (consumer confidence), u għalhekk tissaħħaħ l-attivita` kummerċjali li twassal biex jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol u l-ħolqien ta’ iżjed flus fl-idejn.  Id-diskors tal-Prim Ministru wera bl-aktar mod ċar li l-Gvern irid li l-attivita` kummerċjali, li tinvolvi s-self employed u sidien ta’ negozji żgħar, permezz tal-ħidma ta’ diversi setturi, tkun is-sinsla ta’ l-attivita` ekonomika ta’ pajjiżna.
“Id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jżidxjew joħloq taxxi ġodda f’dan il-baġit hija deċiżjoni li tixhed l-impenn tal-Gvern fil-ħidma tiegħu biex jara li l-attivita` kummerċjali tikber u tissaħħaħ.  Permezz ta’ din l-espansjoni ekonomika il-Gvern ikollu d-dħul li qiegħed jistenna permezz tas-sistemi ta’ tassazjoni li diġa’ huma eżistenti.
“Fiha nfisha, din id-deċiżjoni turi lil-Gvern qiegħed iħares lejn l-attivita` ekonomika u kummerċjali bħala waħda b’saħħitha biżżejjed u sodisfaċenti sabiex tirrendi l-ħolqien tal-ġid għal titjib tal-kwalita` tal-ħajja tal-poplu, kif ukoll għas-sostenibbilita` tal-finanzi tal-Gvern.  Din id-deċiżjoni qed tkompli ssaħħaħ il-politika imprenditorjali tal-Gvern fejn qed juri li l-attivita` kummerċjali u industrijali huma prijorita` u valur li l-Gvern irid ikompli jiżviluppa.  Din hija l-politika li permezz tagħha l-Gvern qed jinvesti fil-ħiliet tal-poplu Malti u Għawdxi.  Hija politika li qed tpoġġi s-self employed u s-sidien tan-negozji żgħar taħt l-attenzjoni tal-ħidma tal-Gvern li għandha toffri kull appoġġ possibbli lin-negozji żgħar tagħna.
Il-Gvern qed jagħraf li s-selfemployed u s-sidien tan-negozji żgħar, meta jaħdmu huma u jkabbru n-negozji tagħhom, huma jkunu qegħdin joħolqu opportunitajiet ġodda għal aktar investiment u għal iżjed impjiegi ġodda.”  Dawn kienu kummenti li għadda s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo f’waħda mil-laqgħat regolari mas-settur kummerċjali li s-Segretarju Parlamentari jorganizza fl-uffiċċju tiegħu.  Dawk preżenti wrew sodisfazzjon ghal dan il-baġit kif ukoll urew il-fiducja tagħhom li permezz tad-direzzjoni li qiegħed jagħti l-Gvern lis-settur kummerċjali, minkejja ż-żieda fis-surcharge tad-dawl u l-ilma, huma fiduċjużi li l-kummerċ ser ikompli jtejjeb ir-ritmu li kien qabad.  Wara dan il-baġit huma qegħdin jistennew li l-bejgħ tal-Milied għandu jkun bejgħ tajjeb.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow