Left arrow Go Back

Għajnuna lis-settur tat-turiżmu f’Għawdex

pr1590
Date Icon 01/11/2005
Il-Gvernqiegħed kontinwament jgħin lis-settur tat-turiżmu f’Għawdex billi jipprovdi nvestiment dirett biex itejjeb l-esperjenza tat-turist li jżur lil Għawdex.
Il-Ministerugħal Għawdex diġa’ qiegħed jindirizza proporzjon qawwi mill-fondi tiegħu għal proġetti li jtejbu l-prodott offrut.
Madwar€8 miljun mill-Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006 huma ndirizzati lejn it-titjib ta’ l-infrastruttura tat-toroq fil-gżira. €3.5 miljun oħra huma ndirizzati għall-bini ta’ faċilita’ ta’ taħriġ għall-istudji turistiċi, għall-bini ta’ ċentru ta’ żvilupp għall-artiġġjanat u l-estensjoni taċ-Ċentru ta’ l-Arti u l-Artiġġjanat Wistin Camilleri, għall-introduzzjoni ta’ vetrini speċjalizzati għall-Mużew ta’ l-Arkeoloġija u għall-iżvilupp ta’ l-industrija tad-diving bħala niċċa turistika għal Għawdex.
Fondioħra mill-budget nazzjonali wkoll qed jiġu ndirizzati għat-titjib tal-prodott turistiku t’Għawdex bil-bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali li jwasslu għal żoni turistiċi, il-proġetti ta’ restawr fit-Tempji tal-Ġgantija u fiċ-Ċittadella, u l-iżvilupp ta’ mixjiet fil-kampanja madwar il-gżira.
Il-Ministerugħal Għawdex pero’ jagħti s-‘support’ kollu tiegħu għal inizjattivi meħuda mill-industrija turistika nnifisha, speċjalment għall-inizjattivi li jfittxu li jtejbu l-prodott jew is-servizz offrut minn Għawdex. Fil-fatt, il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jisponsorja b’mod sostanzjali l-attivita’ ewlenija ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex – Enjoying It Gozo 2005 – attivita’ f’forma ta’ kompetizzjoni mmirata li tevalwa l-ħiliet tal-koki dilettanti u professjonali f’Għawdex.
L-attivita’hija okkażjoni wkoll għal tmiem il-ġimgħa differenti peress li l-viżitaturi jistgħu jippruvaw id-diversi platti li se jkunu ppreparati fuq il-post.
Sejinżammu tlett kompetizzjonijiet differenti – dik għall-aħjar tim, dik individwali, u kompetizzjoni open static. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet differenti se jintagħżlu minn tim ta’ ġurija nternazzjonali, bil-ħames koki li jirbħu jiffurmaw it-team t’Għawdex li jirrapreżenta lil Għawdex għall-ewwel darba fit-tielet edizzjoni ta’ Le Festival International de la Gastronomie fit-Turkija fi Frar li ġej.
Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono qalet lil-Ministeru għal Għawdex dejjem ta l-għajnuna tiegħu għal inizjattivi meħuda mis-settur privat, speċjalment għal dawk li jfittxu li jtejbu qasam ekonomiku mportanti bħal ma hu t-turiżmu.
Il-Ministru Debono qalet li attivitajiet bħal dinil-kompetizzjoni ta’ l-ikel hija wkoll sforz biex jitjiebu l-ħiliet tal-koki Għawdxin u biex nippromwovu lil Għawdex barra minn Malta. Hija qalet li din l-inizjattiva turi kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-Ministeru għal Għawdex li jgħaqqad ma’ xulxin l-operaturi fis-settur turistiku bit-twaqqif ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex fl-1999.
EnjoyingIt Gozo 2005 se tinżamm fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex fil-Belt Victoria bejn l-4-6 ta’ Novembru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow