Left arrow Go Back

Inawgurat  ‘reception centre’ fir-Riserva Naturali tas-Simar

pr1582
Date Icon 30/10/2005
Fil-Pwales,is-soċjeta’ Birdlife Malta inawgurat reception centre fir-Riserva tas-Simar. Għall-ftuħ ta’ din ir-riserva attendew il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech u l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.
Ir-receptioncentre  infetaħ għal għanijiet edukattivi fejn il-pubbliku, inklużi t-tfal ta’ l-iskola, se jintlaqgħu u jingħataw tagħrif siewi fuq ir-riżerva u l-ambjent naturali Malti qabel ma jibdew iżuru l-post.
Il-Ministrugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino qal li l-Gvern japprezza inizjattivi bħalma ħadet il-Birdlife Malta li bidlet l-art fil-Pwales f’ riżerva naturali, u li issa ħasset il-ħtiega li tiftaħ reception centre fir-Riżerva, biex ittejjeb is-servizz li tagħti lill-pubbliku biex dan jifhem u japprezza iżjed l-ambjent naturali ta’ pajjiżna.
“Il-ftuħta’ dan ir-reception centre se jgħin biex tkompli titqajjem kuxjenza ambjentali fost iċ-ċittadini, fosthom it-tfal u t-turisti, biex dawn japprezzaw aktar in-natura Maltija,” tenna l-Ministru George Pullicino.
Il-MinistruPullicino  faħħar ix-xogħol siewi għall-edukazzjoni ambjentali tat-tfal li jżuru r-Riżerva. Hu qal li b’dan il-mod għaqli u intelliġenti, qed inkattru fit-tfal l-apprezzament u r-rispett lejn l-ambjent naturali Malti u huwa pass importanti biex niżguraw kuxjenza u għarfien ambjentali għalina, għal uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-Ministrugħal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qal li dan jaqbel mal-politika li qiegħed jaddotta l-Gvern permezz ta’ għadd ta’ inizjattivi oħra, bħal, per eżempju, l-Ekoskola, fejn it-tfal jiġu mħeġġa jrawwmu kuxjenza ambjentali u jieħdu inizjattivi biex iħarsu u jtejbu l-ambjent ta’ madwarhom.
Tkellemukoll il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech li qal li l-ambjent madwarna kien fuq quddiem nett fost il-prioritajiet ta’ dan il-Gvern. Hu qal li ambjent nadif u san kien  jgħolli l-livell tal-għajxien tal-poplu Malti u l-prodott turistiku.
“Il-proġetttar-reception centre fir-riserva naturali tas-Simar fil-Pwales twettaq minn Birdlife Malta b’investiment ta’ aktar minn Lm20,000. Għal dan il-proġett l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta kkontribwiet Lm5,000 għaliex temmen li proġetti bħal dan jgħollu l-prodott Malti u jedukaw lill-Maltin u lill-barranin li l-ambjent għandna ngħożżuh u nħarsuh biex jitgawda minn kulħadd,” qal il-Ministru Zammit Dimech.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow