FTEHIM BIEX L-ITALJA TIRRAPPREŻENTA LIL MALTA FIL-ĦRUĠ TA’ VISAS FEJN MALTA M’GĦANDIEX AMBAXXATI JEW SERVIZZ TA’ KONSLU
pr1578
28/10/2005
| Malta u l-Italja ftehmu | li f’dawk il-pajjiżi fejn Malta m’għandiex rappreżentazzjoni diplomatika, anqas f’livell ta’ konsulat, il-visa għal persuni li jkunu jixtiequ jżuru Malta, tinħareġ f’isem Malta mill-ambaxxati Taljani. |
| Dan il-ftehim li hu | meqjus wieħed importanti anke għal skopijiet ekonomiċi u turistiċi, kien iffirmat f’Ruma l-bieraħ bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo u l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, Gianfranco Fini. |
| Permezz ta’ dan | il-ftehim, l-Italja se tirrappreżenta lil Malta f’46 post fosthom l-istati ta’ Chicago, Houston u San Francisco, fl-Istati Uniti, Ankara, Istanbul u Izmir fit-Turkija, Zurich, Singapore, Carachi, Beirut, Tel Aviv, New Delhi u Calcutta fl-Indja u diversi postijiet oħra. |
| Il-ftehim jistabilixxi | li qabel l-ambaxxati jew konsulati Taljani joħorġu visas lil persuni li jkunu jixtiequ jżuru Malta, għandhom jagħtu d-dettalji kollha tal-persuni u informazzjoni oħra rilevanti lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti u jkun biss wara l-approvazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet Maltin li joħorġu dawn il-visas. |
| L-Italja intrabtet li | d-diplomatiċi tagħha li se jagħtu dan is-servizz għan-nom ta’ Malta fid-diversi pajjiżi, jimxu b’responsabbilta’ kbira daqs li kieku dak is-servizz kien qed jingħata lil pajjiżhom stess. |
| Dan il-ftehim hu validu | għal perjodu bla limitu, iżda jista’ jiġi terminat kemm minn Malta kif ukoll mill-Italja b’komunikazzjoni bil-miktub minn xi waħda mill-partijiet. |
| Il-Ministru Frendo | jinsab fl-Italja, f’delegazzjoni mmexxija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta’ l-Intern Tonio Borg u li tinkludi wkoll lis-Segretarju Parlamentari Tony Abela, li kellha taħditiet importanti ma’ l-awtoritajiet Taljani dwar il-problema ta’ l-Imigrazzjoni Illegali. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947