Left arrow Go Back

Riżultati nkoraġġanti fl-ewwel jiem mill-introduzzjoni tar-regolamenti ġodda kontra min jarmi b’mod illegali jew abbużiv (littering regulations)

pr1575
Date Icon 27/10/2005
Kien hemm riżultatinkoraġġanti fl-ewwel jiem mill-introduzzjoni tar-regolamenti ġodda kontra min jarmi b’mod illegali jew abbużiv.  Dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ għal perjodu ta’ prova fil-21 t’Ottubru li għadda u se jidħlu fis-seħħ b’mod effettiv fl-1 ta’ Jannar 2006.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjon li fl-ewwel sitt ijiem mill-introduzzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, ngħataw 126 twissija bil-miktub, minbarra numru kbir ieħor ta’ twissijiet verbali.  Dawn it-twissijiet ingħataw minn wardens pajżana ambjentali, li kienu ntrodotti permezz ta’ dawn ir-regolamenti u li qed jgħinu fl-infurzar.
Danl-ammont ma jinkludix twissijiet li ngħataw minn wardens bl-uniformi li wkoll għandhom il-jedd li jinfurzaw dawn ir-regolamenti ġodda.  L-akbar ammont ta’ twissijiet ngħataw fuq rimi ta’ skart (littering) pero’ kien hemm ukoll twissijiet fuq xi każijiet ta’ rimi ta’ skart goff (dumping), fosthom fil-Gżira u f’San Pawl il-Baħar.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jappella biex il-pubbliku jibqa’ jikkopera fl-infurzar u fit-tħaddim ta’ dawn ir-regolamenti, li għandhom l-għan li jwasslu għal ambjent aktar nadif.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow