Left arrow Go Back

NINDIRIZZAW L-IMPATT TAL-PREZZ INTERNAZZJONALI TAŻ-ŻEJT

pr1554
Date Icon 25/10/2005

Dan li jsegwi hu t-test ta’ Stqarrija Ministerjali li għamel illum il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni Austin Gatt fil-Parlament:  

“Mr Speaker,  

Metafl-ewwel ta’ Jannar 2005, il-Gvern introduċa il-Fuel Surcharge ta’ 17% fuq il-konsum tad-dawl u l-elettriku, il-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tixtri il-Fuel Oil bil-prezz ta’ Lm59.92 kull tunnellata u l-Gas Oil bil-prezz ta’ Lm133.32 kull tunnellata (prezzijiet ta’ Diċembru 2004).
Ix-xahar li għadda, l-Enemalta ħallset Lm177.62kull tunnellata ta’ Fuel Oil u Lm215.87 kull tunnellata ta’ Gas Oil.
Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabelli li jurufid-dettall iċ-ċaqlieq fil-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti bejn Ottubru 2004 u Settembru 2005 skond l-indikatur CIF Med.
Is-surchargeta’ 17% kien maħduma fuq il-premessa li l-prezzijiet taż-żejt li tħallas l-Enemalta kienu se jibqgħu qrib il-prezzijiet ta’ Novembru 2004. Minkejja l-fatt li l-prezzijiet għolew kull xahar bejn Jannar u Settembru 2005, is-surcharge ma żdiditx iżda nżammet ta’ 17%.
Ir-riżultat ta’ dawn il-prezzijiet ogħla millikien mistenni kien li waqt li s-surcharge ġabret kif kien mistenni, Lm7.7 miljuni, l-Enemalta għamlet baġit li kien jipprovdi Lm6.8 miljuni anqas milli kien hemm bżonn biex jinxtara ż-żejt għas-sena finanzjarja 2004 u 5. Ġie deċiż li dan l-ammont ma jinġabarx mingħand il-konsumaturi iżda mill-Enemalta. B’riżultat ta’ dan, il-fatt li ma saritx qabel reviżjoni tas-surcharge m’hux ser ikun ta’ detriment għall-konsumaturi.
Apparti minhekk, il-proċess ta’ kif tittieħedid-deċiżjoni dwar kif tinbidel is-surcharge ħa aktar milli kien mistenni minħabba li ż-żidiet fil-prezzijiet kienu ogħla milli kienu mistennija. Din is-sitwazzjoni saret agħar bit-taqlib kbir fis-swieq f’Settembru li għadda wara l-Urugan Katrina. Minħabba f’dan, għad irid jiġi applikatt iż-żieda t’Ottubru 2004 li hi mistennija tkun madwar Lm2.5 miljun meta mqabbla m’Ottubru 2004.
Il-Gvern iddeċieda li din id-differenza ma’tkunx imħallsa mill-konsumaturi u qed minflok tkun assorbita wkoll fuq l-Enemalta.
Dan l-ammont hu barra t-Lm8.4 miljuni li l-Enemaltadiġà assorbiet meta ddaħħlet is-surcharge – kif kien spjegat lill-MCESD is-sena li għaddiet, din is-somma tkopri l-ispiża ta’ l-inefiċċjenzi interni ta’ l-Enemalta fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku. Dwar dan, ġie deċiż li għal darb’oħra għas-sena finanzjarja ta’ bejn Ottubru 2005 u Settembru 2006, is-somma ta’ Lm8.4 miljun tkun assorbita mill-Enemalta.
Biex ikun evitat xi tfixkil, dawn l-inefiċċjenzim’humiex qed jingħaddu lill-konsumatur iżda qed jiġu assorbiti mill-Enemalta din is-sena kif għamlet is-sena li għaddiet.
Għal dawn ir-raġunijiet l-Enemalta ser tissellefLm9.3 miljuni biex tiffinanzja dawn id-differenzi fil-baġit tagħha waqt li tiffinanzja wkoll Lm8.4 miljuni mill-kontanti tagħha kif għamlet is-sena li għaddiet.
Fid-diskussjonijiet ma’ l-MCESD, il-Gvern u l-Enemaltaindikaw dejjem li waħda mill-possibilitajiet li għandu quddiemu kienet li jassorbi hu (il-Gvern) parti minn dak li jrid jinġabar għal din is-sena finanzjarja. Dan l-impenn qed jiġi tradott f’azzjoni. Il-Gvern jemmen ukoll – kif qal ċar lis-sieħba soċjali – li tkun xi tkun is-soluzzjoni li naslu għaliha, il-piż irid jintrefa’ mill-partijiet kollha u jitqassam b’mod ġost mas-soċjetà u l-ekonomija kollha.
Ir-Rata tas-Surcharge minn Novembru 2005 ‘il quddiem
Fil-proċess ta’ bbaġġittjar tagħha, l-Enemaltatrid tipprova tbassar kemm se tonfoq għaż-żjut biex tiġġenera l-elettriku kull sena iżda f’kuntes ta’ suq instabbli tant dan il-proċess ma jistax ikun ħafna aħjar minn tbassir ftit infurmat. Jekk l-istimi jirriżultaw il-bogħod mir-realtà tas-suq u, kif ġara s-sena li għaddiet, jirriżultaw konservattivi, tkun xi tkun is-surcharge li tiddaħħal issa, jkollha mbagħad tinbidel aktar tard. Fl-atmosfera li hawn illum fis-swieq, dan aktarx jiġri, tkun kemm tkun attenta l-Enemalta fl-istrateġija tax-xiri tagħha.
Il-Gvern għalhekk iddeċieda li minflok tipprovatbassar is-suq, l-Enemalta għandha taħdem il-kalkoli tagħha fuq kemm fil-fatt tonfoq (anke bil-hedging) u ddaħħal sistema ta’ tibdil aktar frekwenti, kif ilu mill-2001 jiġri b’suċċess fil-każ taż-żjut li jinbiegħu mill-pompi. Din hi wkoll sistema adottata mill-parti l-kbira tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, jekk m’hux minn kollha u għandha l-vantaġġ miżjud li tassigura li l-konsumatru ma jbatix minħabba żidiet rari imma qawwija. Barra minhekk, il-kontanti ta’ l-Enemalta ma jbatux minħabba żidiet spissi li jkollha tassorbi minflok jiġu riflessi fil-prezzijiet li jħallsu l-konsumaturi. Bl-istess mod, il-konsumatur igawdi mill-ewwel jekk ikun hemm tnaqqis fl-ispejjeż tal-Korporazzjoni għaż-żjut li tuża biex tiġġenera l-elettriku.
Ovvjament, il-Gvern jifhem li f’suq jogħla, danaktarx ikollu effett negattiv fuq il-konsumatur iżda kulħadd jirrikonixxi llum li ma tistax titfi għal kollox l-impatt tal-prezzijiet internazzjonali taż-żejt. Ikun xi jkun il-mudell li jintuża, eventwalment u wara numru ta’ snin, ir-rati ta’ l-elettriku jridu jiġu pariġġ mal-prezzijiet internazzjonali taż-żejt.
F’dan il-kuntest, l-Enemalta ser tkun qed taħdemir-rata tas-surcharge kif ġej:

·     Ir-reviżjoni ssir kull xahrejn, bl-ewwel reviżjoni tibda taħdem mill-1 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005;  

·    Ġimgħa qabel il-bidu ta’ kull perjodu ta’ xahrejn, l-Enemalta tħabbar pubblikament ir-rata tas-surcharge għax-xahrejn li jkun imiss – dan ifisser li t-tħabbira li jmiss issir fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru 2005 u tkun tgħodd għal Jannar u Frar 2006;  

·     Minħabba li s-surcharge hi bbażata fuq il-prinċipju tad-differenza bejn l-ispiża għal dan is-sena u l-ispiża tas-sena li għaddiet, l-Enemalta ser taħdem l-ispejjeż attwali taż-żjut (billi tuża l-bażi CIF Med. maqluba fil-Lira Maltija) għax-xahrejn ta’ qabel (Settembru u Ottubru 2005 għal dan l-eżerċizzju biex ikunu koperti Novembru u Diċembru 2005) fuq bażi ta’ kull sena, tqabbel l-ispiża bażi taż-żejt għall-2004 u 5 u żżid dak li jinġabar mis-surcharge illum (Lm7.7 miljuni). Ir-riżultat juri kemm ikun irid jinġabar matul ix-xahrejn li jkun imiss u jitħaddem il-mudell tas-surcharge li kien miftiehem is-sena li għaddiet fl-MCESD u li ser jerġa’ jitħaddem din is-sena;  

·     Dan ikun ifisser li r-rata tas-surcharge – bħall-prezzijiet taż-żjut li jinbiegħu mill-pompi – ser issegwi s-suq internazzjonali tal-prezz taż-żjut u tista’ titla’ jew tinżel kull xahrejn;  

·     Ser isiru tibdiliet fis-sistema tal-kontijiet biex il-konsumatur ikun jista’ jara b’mod ċar ir-rati differenti tas-surcharge u meta jkunu daħlu u sakemm isiru dawn l-aġġustamenti fis-softwer (madwar erba’ ġimgħat) m’hux se jinħarġu aktar kontijiet ħlief għal dawk il-konsumaturi industrijali u kummerċjali li jirċievu kont darba jew darbtejn fix-xahar;  

·     B’din il-metodoloġija, ir-rata tas-surcharge għal Novembru u Diċembru 2005 kienet tkun 84% għall-konsumaturi kollha. Il-Gvern, madankollu jemme li din ir-rata għada għolja wisq u teħtieġ aġġustament l-aktar minħabba raġunijiet soċjali. Il-Gvern għalhekk iddeċieda li minflok jiffinanzja ż-żieda kollha b’żieda fir-rata tas-surcharge, għandha jaqsam parti minn dan il-piż fuq iż-żjut li jinbiegħu mill-pompi;  

·     Għalhekk, il-Gvern iddeċieda li jżid is-sisa fuq il-Petrol bla Ċomb u fil-Lead Replacement Petrol bi 3 ċenteżmi (minbarra l-VAT) li jfisser li r-rata tas-surcharge għall-ewwel titnaqqas minn 84% għal 79%. Din is-sisa miżjuda ser titnaqqas kull xahar b’0.125 ċenteżmi (minbarra l-VAT) biex tkun spiċċat għal kollox fi żmien 24 xahar; u  

·     La l-prezz u l-anqas is-sisa fuq id-Diesel u l-Pitrolju m’huma se jogħlew.  

Intaffu l-effetttas-surcharge
Il-Gvern jaf u jifhem li waqt li t-teorijaekonomija tiġġustifika l-ħsieb għaż-żieda fir-rata tas-surcharge kif spjegajt qabel, iżda kemm l-interess nazzjonali kif ukoll il-politika ta’ solidarjetà soċjali jeħtieġu minna li dan il-piż jinqasam bejn kulħadd u għandna nħarsu lin-nies fi bżonn ġenwin waqt li nassiguraw li l-potenzjal ekonomiju ta’ pajjiżna, kemm jista’ jkun ma jitqiegħedx f’xi żvantaġġ.
Minħabba f’dan, bħala l-ewwel miżura,il-Gvern m’hux ser idaħħal is-surcharge għall-persuni kollha meqjusa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala każijiet soċjali għall-Korporazzjoni Enemalta. Dan ifisser li madwar 13,000 persuna m’humiex se jħallsu xejn mis-surcharge apparti li ser jibqgħu ma jħallsux għan-noll fuq il-miter. Dan id-dħul mitluf għall-Enemalta ser jitħallas mill-Gvern permezz ta’ sussidju dirett lill-Enemalta fl-interess ta’ dawn il-familji.
Bħala t-tieni miżura, il-Gvern jemmen li ż-żiedafis-surcharge għandha tittaffa wkoll fuq il-prinċipju li l-piż għandu jinqasam bejn kulħadd u l-impatt għandu jitqassam fuq perjodu raġjonevoli ta’ żmien. Minħabba f’dam l-Enemalta ser tissellef madwar Lm11.3 miljun biex iżżomm fuqha sehem akbar mill-impatt. Dan is-self ser ikun ifisser li għall-konsumatru is-surcharge għall-ewwel se titnaqqas minn 79% għal 55%. Din ser tkun ir-rata tas-surcharge nhar l-1el ta’ Novembru 2005.
Dan it-tnaqqis fis-surcharge hu mod kif l-ispiżagħall-konsumatur titqassam fuq perjodu itwal minflok jitgħabba f’daqqa. Dan itaffi l-impatt għall-konsumatur. Fi kliem ieħor id-differenza temporanja trid titnaqqas fuq perjodu ta’ żmien u matulu dik id-differenza trid titħallas mill-Gvern u mill-Enemalta. Il-Gvern iddeċieda fuq perjodu ta’ 24 xahar biex iqarreb id-differenza ta’ 29% (55% għat-84%) li jfisser li indipendentement miċ-ċaqlieq fil-prezzijiet internazzjonali ir-rata ta’ surcharge togħla bir-rata ta’ 1.21% kull xahar.
Minħabba dawn l-arranġament finanzjarji,il-finanzjament li se tkopri l-Enemalta se jkun ta’ Lm20.6 miljuni minbarra l-impenji preżenti għaż-żjut u Lm8.4 miljuni ffinanzjati mill-kontanti kif sar is-sena li għaddiet. Biex ma jkunx hemm tfixkil, dan il-finanzjament m’hux ser ikun kopert b’xi żieda fit-taxxi.
Bħala t-tielet miżura, u minħabba li f’daqqais-surcharge qed tiżdied minn 17% għal 55% il-Gvern mill-1el ta’ Jannar 2006 qed jinkludi fl-aġġustament ta’ l-indiċi tal-prezzijiet l-impatt inflazzjonarju ta’ din il-miżura. Dan jiġi jfisser li għal numru sostanzjali ta’ djar l-effett taż-żieda fis-surcharge se jkun minimu. Il-Gvern iddeċieda wkoll li l-aġġustament għall-anzjani jkun ta’ 100% biex jassigura li dawn ukoll ma jbatux minn impatt negattiv minħabba dawn iż-żidiet.
Id-deċiżjoni taf tkun ikkritikataminn dawk li jħadmu għax kienu kontriha fl-MCESD meta talbuha l-Unions meta argumentaw bir-raġun li din se żżid l-ispejjeż u xxellef il-kompetittività. Biex laħaq din id-deċiżjoni, il-Gvern qies sew dawn l-opinjonijiet u pprova għal darb’oħra jqassam il-biż b’mod ġust waqt li żamm f’moħħu li:

·     Il-konsumaturi domestiċi diġà qed jissussiddjaw l-industrija u s-settur turistiku permezz tal-mekkaniżmu tal-capping;  

·     Waqt li l-kompetittività hi importanti, hi importanti wkoll is-solidarjetà soċjali u jrid jinstab bilanċ bejn dawn it-tnejn;  

·     Il-Gvern qed jadotta miżuri oħra – kif se jiġi spjegat – biex iżid il-kompetittività ta’ l-industrija u s-settur turistiku Maltin;  

·     Din hi deċiżjoni ta’ darba li ma tolqot b’ebda mod il-ftehim bażiku dwar l-indiċi tal-prezzijiet;  

L-effett nett ta’ din il-miżura hu li minbarrat-13,000 persuna li ma jkunux effettwati bis-surcharge, is-surcharge ikollha effett newtru fuq dawk il-familji bi dħul baxx jew moderat.
Bħala r-raba’ miżura, il-Gvern iddeċieda li jżommil-capping li daħħal is-sena li għaddiet favur il-konsumaturi industrijali u fis-settur turistiku. Madankollu, il-Gvern jemmen li l-capping tal-lum (Lm5,000) għandu jiċċaqqlaq b’mod proporzjonat maż-żieda fis-surcharge li jfisser li l-capping ser jiżdied għal Lm21,000. Dan ifisser li l-effett massimu għall-industriji se jkun ta’ Lm16,000 kull sena. Dan il-capping ser jiddaħħal għas-sena finanzjarja kollha u jerġa’ jiġi rivedut biss f’Ottubru 2006 biex ikunu riflessi l-kundizzjonijiet fis-suq u r-rata tas-surcharge ta’ dakinhar.
Fid-diskussjonijiet ma’ l-MCESD, xi rappreżentantita’ min iħaddem argumentaw li dan is-settur għandu jingħata trattament aktar speċjali. Waqt li japprezza bl-aktar mod ċar din it-talba, il-Gvern u l-Enemalta jistgħu jilqgħu biss parti minna l-aktar għax:

·     Il-capping ifisser li dak li ma jinġabar mill-klienti industrijali jew fis-settur tat-turiżmu jkollu jinġabar mill-konsumaturi l-oħra kollha – domestiċi u kummerċjali. Waqt li dan jagħmel sens mill-perspettiva ta’ l-interess ekonomiku nazzjonali (għax jgħin il-kompetittività), meta tbaxxi l-capping iżżid il-piż fuq l-oħrajn – waqt li l-piż qed xorta jiżdied b’mod sostanzjali; u  

·     Iż-żieda ma xxellifx il-bażi kompetittiva tal-prodott Malti minħabba li l-kompetituri tagħhna wkoll qed jgħaddu żidiet fir-rati b’mod regolari fis-sistemi u l-prodotti tagħhom u l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt ilu hemm aktar milli daħal f’Malta.  

LiquidPetroleum Gas (LPG)
L-LPG jintuża l-aktar biex isaħħan jew biexisajjar fid-djar u s-sena li għaddiet il-Gvern ħallas lill-Enemalta Lm1.8 miljun b’kontriubuzzjoni maħsuba biex il-prezzijiet jinżammu fil-livelli tal-lum. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hi kbira d-differenza bejn l-ispiża tal-produzzjoni u t-tqassim u l-prezz tal-bejgħ bl-imnut, li hi differenza li jissussidja l-Gvern.
Fil-fatt, b’dan l-arranġament, il-Gvern u l-Enemaltajkopru aktar minn nofs il-prezz attwali taċ-ċilindri tal-gass għall-konsumaturi.
Il-Gvern iddeċieda li għal darb’oħra jtennis-sussisdju li ngħata s-sena li għaddiet u ser jassorbi ż-żidiet proġettati għal din is-sena li jfisser li din is-sena l-Gvern u l-Enemalta ser jgħabbu mill-anqas Lm2.1 miljun biex iżommu l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut fil-livelli preżenti.
Għal darb’oħra l-Gvern qed jgħabbi b’modkonkret parti mill-piż u jħaddem il-prinċipju li l-piż għandu jinqasam bejn kulħadd. Għandu jkun ovvju iżda li din l-istqarrija tiddependi fuq il-fatt li l-prezzijiet internazzjonali ta’ l-LPG jkollhom żidiet żgħar li jistgħu jiġu assorbiti f’dan is-sussidju.
Prezzijiettaż-Żjut
Metatqi iż-żidiet mgħaġġla u kostanti li qed naraw fis-suq internazzjonali taż-żejt, il-Gvern iddeċieda li r-reviżjoni tal-prezz li ssir kull tlett xhur tibda ssir kull xahar mill-1el ta’ Novembru 2005.
Dan ifisser li ċ-ċaqlieq fil-prezzijiet taż-żjutli jinbiegħu mill-pompi u għaż-żjut internazzjonali ser jinbidel kull xahar u ser isegwi aktar mill-qrib il-prezzijiet CIF Med. maħdumin fil-Lira Maltija. Għalhekk minflok isib medja ta’ kull tlett xhur, il-prezz ser ikun eqreb ta’ dak li l-Enemalta tkun ħallset fix-xahar ta’ qabel. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi x’kienu jkunu l-prezzijiet tat-tlett prodotti ewlenin taż-żejt li kieku din is-sistema ddaħħlet fl-1el ta’ Jannar 2005.
Issemma’ diversi drabi bħala soluzzjonipossibbli biex jinżammu baxxi l-prezzijiet taż-żjut, it-tnaqqis fis-sisa. Fil-fatt Malta (bħall-parti l-kbira tal-membri l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea) għandha sisa li hi anqas mill-anqas permessibbli skond Direttivi Ewropej u fit-Trattat ta’ Sħunija , Malta ntrabtet li pass pass taġġusta dawn ir-rati biex għall-anqas tlaħħaq l-anqas permessibbli fl-Unjoni Ewropea sa l-2010. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kif iridu jiċċaqqalqu r-rati ta’ sisa eżistenti. M’hux maħsub li dawn il-miżuri jkunu implimentati matul l-2006.
Is-setturi industrijali, turistiċi u tal-biedjajiddependu mill-prodotti tad-diesel m’hux biss għall-vetturi iżda wkoll biex iħaddmu l-makkinarju. Minħabba l-bżonn li nibqgħu kompetittivi, l-Enemalta tbiegħ Light Heating Oil biex jintuża mill-industrija minflok il-pitrolju u li jinbiegħ b’24 ċenteżmu minflok il-41 ċenteżmu tad-diesel. L-Enemalta tbiegħ ukoll livelli differenti ta’ żjut irqaq bi prezz medju ta’ Lm165 kull tunnellata (jew 16.5 ċenteżmi kull litru).
F’dawn iż-żewġ prodotti, is-sena hi anqasmill-anqas permessibbli fl-Unjoni Ewropea u allura ma jista’ jsirilhom ebda tnaqqis biex titjieb il-kompetittività. Madankollu biex xorta jinkiseb tnaqqis fil-prezz, għalkemm tnaqqis żgħir, l-Enemalta ddeċidiet tnaqqas il-qliegħ tagħha fuq iż-żejt irqiq mill-Lm15 kull tunnellata li tagħmel il-lum għal Lm5 kull tunnellatta: tnaqqis effettiv ta’ 66%.
Biex tgħin aktar lill-manifattura, l-agrikolturau l-lukandi, l-Enemalta qed iddaħħal prodott ġdid minflok id-Diesel 50ppm, jiġifieri l-Gas Oil 0.2% li jinbiegħ bl-istess prezz tad-diesel iżda jingħata ħlas lura lill-manifattura u lil-lukandi ta’ 5 ċenteżmi kull litra mis-sisa u 1.3 ċenteżmi mill-qliegħ ta’ l-Enemalta (minħabba li l-prodott jiswa anqas) – total ta’ 6.3 ċenteżmi kull litru. Din il-miżura ssegwi d-Direttiva tal-Kunsill Numru 2003/96/EC.
Fuq din il-politika, il-Ministeru tal-Finanzi seridaħħal skema li biha l-industrija tal-manifattura, il-bdiewa u l-lukandi ser ikunu jistgħu jitolbu lill-Ministeru tal-Finanzi ħlas ta’ 6.3 ċenteżmu kull litru ta’ Gas Oil 0.2% li jkunu wżaw.
Biex jikkompensa t-telf fid-dħul mis-sisaminn din l-iskema, is-sisa fuq l-LRP u l-Petrol bla Ċomb qed jiżdied bi 3 milleżmi kull litru (minbarra l-VAT) b’effett immedjat (miżjuda mat-3 ċenteżmi li ssemmew qabel). L-effett nett fuq id-dħul tal-Gvern mistenni jkun null skond ir-rati preżenti ta’ konsum. Is-sisa fuq il-pitrolju u d-diesel tal-karozzi m’hux se jintmessu.
Dawn id-deċiżjonijiet ġew diskussi ma’ l-AwtoritàMaltija dwar ir-Riżorsi biex ikun assigurat li l-miżuri jkunu jsegwu liġijiet u standards. Ser ikun hemm bżonn aktar sottomissjonijiet wara t-tħabbir ta’ dawn il-miżuri skond il-proċeduri stabbiliti.
Il-Gvern qed iżid ma’ din id-deċiżjonisensiela ta’ miżuri mmirati biex ikun indirizzat il-kuntest kollu ta’ l-enerġija f’pajjiżna. Kif kien spjegat lill-MCESD:

1.   Il-Gvern qed jesplora permezz tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, id-dikjarazzjoni li għamel dan l-aħħar dwar is-suġġett l-Ambaxxatur tal-Libja;  

2.   L-Awtorità dwar ir-Riżorsi qed tħejji studju wiesgħa dwar il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u l-alternattivi quddiem il-Gvern u quddiem il-pajjiż;  

3.   L-Enemalta bdiet diskussjonijiet m’operaturi ewlenin fis-settur ta’ l-enerġija fir-reġjun biex tevalwa l-possibilità li nitqabbdu mal-qafas Ewropew ta’ l-Enerġija u li nitqabbdu b’katusa tal-gass;  

4.   Il-Fuel Procurement Advisory Committee ta’ l-Enemalta hu magħmil minn esperti tekniċi u issa twaqqaf u qed jopera u sar il-hedging;  

5.   L-Enemalta kkummissjonat proċess biex tixtri aktar kapaċità ta’ ġenerazzjoni biex iżżid u ttejjeb l-effiċjenza tagħha għal raġunijiet ekonomiċi u ambjentali;  

6.   Matul l-2006 ser jinbeda programm biex is-settur pubbliku jnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija;  

7.   Ser ikun hemm aktar inċentivi għad-djar u għan-negozji biex dawn jinvestu f’sorsi alternattivi t’enerġija.  

Din il-pożizzjoni soda tal-Gvern hi indikazzjoni ċara ta’ l-impenn tal-Gvern lejn l-iżvilupp ta’ politika sħiħa dwar l-enerġija fis-snin li ġejjin.  

Egħluq

Il-Gvern jaf li dan it-tibdil drastiku li jrid isir biex ipatti għal din il-problema internazzjonali li ma nħolqitx mill-Gvern jew minn Malta , m’hux faċli jitniżżel. Madankollu, il-Gvern jemmen li s-soluzzjonijiet li wasal għalihom wara li sehem s-sieħba soċjali fl-MCESD jirrappreżentaw tqassim ġust tal-problem mas-setturi differenti tas-soċjetà. Fil-fatt is-soluzzjoni hi fuq l-Ewwel Alternattiva li l-Gvern kien iddiskuta ma’ l-MCESD:  

1.   L-Enemalta s-sena d-dieħla ser tkopri Lm31.2 miljuni mill-ispejjeż taż-żjut;  

2.   Dan se jsir mingħajr l-introduzzjoni t’ebda taxxa ġdida jew self ġdid tal-Gvern li jfisser li l-Gvern irid jiffinanzja minn riżorsi eżistenti din il-parti mill-piż minflok jgħaddiha lil min iħallas it-taxxi jew lill-konsumaturi u mingħajr ma jfalli mill-miri tal-baġit;  

3.   Is-surcharge ta’ 55%, iċ-ċaqlieq li jrid jiġi wara u r-rati l-ġodda tas-sisa huma mistennija jiġbru madwar Lm33 miljun mingħand il-konsumaturi matul l-2006;  

4.   Il-konsumatur hu mħares billi ddaħħal l-aġġustament għall-indiċi tal-prezzijiet minn Jannar 2006 minflok minn sena wara;  

5.   Instab bilanċ bejn l-interessi tal-konsumaturi domestiċi, kummerċjali u industrijali’  

6.   Il-kompetittività ta’ l-industrija u tat-turiżmu qed jitħarsu permezz tal-capping;  

7.   Il-kompetittività ta’ l-industrija, tal-lukandi u tal-biedja qed tittejjeb bi tnaqqis drastiku fil-prezzijiet taż-żjut industrijali; u  

8.   Ingħatat attenzjoni speċjali biex il-prezz tad-diesel ma jiżdiedx biex jiġi kkontrollat l-impatt fuq il-kompetittività tal-kummerċ lokali.  

Mr Speaker,  

Il-Gvern qies li kellu dmir fuq kull dmir ieħor meta kien qed ifittex id-deċiżjonijiet: li jsib bilanċ ġust bejn il-bżonnijiet tal-kompetittività tal-pajjiż u l-obbligu ta’ solidarjetà soċjali li m’hux biss obbligu tal-Gvern iżda ta’ kulħadd. Importanti li lkoll kemm aħna naffrontaw l-isfidi veri tar-realtajiet ekonomiċi tal-lkum iżda kruċjali wkoll li ma ninsewx ir-realtajiet tal-familji Malti hu x’inhu d-dħul tagħhom. Il-Gvern jemmen li d-deċiżjonijiet li ħa jilħqu dan il-bilanċ bl-aħjar mod li jippermetti l-ambjent ekonomiku dinji llum.”

Karti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Fuel Oil CIF Med. in Lm Prices Oct. 04 to Sept. 05   

Gas Oil CIF Med. Prices in Lm Oct. 04 to Sept. 05 


Differentials of LPG pricing

10 Kg

12 Kg

15 Kg

Price based on actual fuel costs

4.21

4.90

6.12

Current price

2.06

2.32

2.89

Government contribution

2.15

2.58

3.23

 Simulated prices using monthly variance system  

10 Kg

12 Kg

15 Kg

Price based on actual fuel costs

4.21

4.90

6.12

Current price

2.06

2.32

2.89

Government contribution

2.15

2.58

3.23

Malta and EU Minimum Excise Taxes

10 Kg

12 Kg

15 Kg

Price based on actual fuel costs

4.21

4.90

6.12

Current price

2.06

2.32

2.89

Government contribution

2.15

2.58

3.23

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow