Kitba li twassalna nifhmu aħjar l-istorja ta’ pajjiżna
pr1538
22/10/2005
| Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti għadha kemm | ippubblikat is-sitt volum ta’ “Histories of Malta – Ventures and Adventures” ta’ l-Imħallef Giovanni Bonello. |
| Il-kapitoli f’dan il-volum dehru f’ġurnali lokali u | ġew maħduma mill-ġdid u miżjuda qabel ma nġabru fi ktieb. Flimkien ma’ l-artikoli hemm sensiela ta’ ritratti, ħafna minnhom bil-kulur. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit | Dimech nieda uffiċjalment dan il-ktieb. Hu qal li l-kitba ta’ l-Imħallef Giovanni Bonello kienet studju fil-fond ta’ l-istorja ta’ pajjiżna. Hu qal li Giovanni Bonello għamel riċerka li hi żieda prezzjuża għal dawk kollha li jiġbru l-‘Melitensia’. |
| “Malta għandha storja li tmur lura 7,000 sena, iżda | għad hemm ħafna episodji minn din l-istorja millenarja li għadhom m’humiex ċari għall-poplu Malti. Għalhekk iridu jkunu studjużi bħall-Imħallef Giovanni Bonello li b’riċerka u paċenzja kbira jitfgħu dawl fuq żminijiet u persunaġġi li dwarhom s’issa ma nafux biżżejjed,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Imħallef | Giovanni Bonello għandu stil mexxej u kulurit ta’ kif jikteb dwar personalitajiet u episodji storiċi; u dan jgħin biex anke dawk li m’humiex daqshekk midħla ta’ l-istorja, jaqraw il-kitbiet tiegħu. Hekk aktar nies jifhmu aħjar minn xhiex għadda pajjiżna u x’wirt kbir storiku u kulturali ħallewlna l-antenati tagħna. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kultura kienet | ukoll mezz biex nattiraw lejn pajjiżna turisti li għalihom l-istorja u l-arti kienu attrazzjoni ewlenija. Hu qal li aktar ma nkunu nafu dwar l-istorja u aktar ma nippreżentaw aħjar l-istorja ta’ pajjiżna, aktar jiżdied in-numru ta’ turisti kulturali li jżuru Malta u Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947