Stedina biex Delegazzjoni Kummerċjali Maltija żżur is-Slovakkja
pr1534
21/10/2005
| Delegazzjoni | Kummerċjali Maltija ġiet mistiedna żżur ir-Republika Slovakka għal l-laqgħat ma’ industrjalisti minn dak il-pajjiż bl-iskop li jissaħħu r-relazzjonijiet industrjali u kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Din | l-istedina saret mid-Deputat Prim Ministru tar-Republika Slovakka Pal Csaky, lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, f’laqgħa li kellhom dal-għodu fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. |
| Matul | din il-laqgħa l-Ministru Frendo wera s-sodisfazzjon tiegħu għad-deċiżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li twaqqaf Fond ta’ Emerġenza, biex tgħin pajjiżi bħal Malta li għandhom problema bl-immigrazzjoni illegali. |
| Il-Ministru | talab lir-Republika Slovakka biex fl-Unjoni Ewropea tappoġġja l-proposta Maltija li l-Għajnuna għal Żvilupp, li l-Unjoni tagħti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, tkun marbuta ma’ l-impenn ta’ l-istess pajjiżi li jaċċettaw lura immigranti illegali li jkunu telqu minn pajjiżhom. |
| Iż-zewġ | naħat qablu dwar il-ħtieġa li jsaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali u industrjali ta’ bejniethom. F’dan is-sens, id-Deputat Prim Ministru Slovakk stieden lill-Ministru Frendo biex imexxi delegazzjoni kummerċjali fis-Slovakkja u mpenja ruħu li hu stess jirranġa laqgħat għall-industrjalisti Maltin ma’ oħrajn Slovakki. |
| Iż-żewġ | Ministri qablu wkoll li flimkien għandhom jaħdmu biex jassiguraw li l-Unjoni Ewropea tilħaq ftehim dwar il-Budget tagħha, kemm jista’ jkun malajr; u li l-pakkett finanzjarju miftiehem ikun wieħed li minnu ż-żewġ pajjiżi jibbenefikaw bl-aħjar mod possibbli. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947