Left arrow Go Back

Se ssir analiżi dettaljata ta’ l-informazzjoni miksuba mill-eżerċizzju ta’ simulazzjoni

pr1530
Date Icon 21/10/2005
L-informazzjoni miksuba mill-eżerċizzju ta’ simulazzjoni li sar dalgħodub’konnessjoni mal-prekawzjonijiet kontra l-eventwalita’ ta’ tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur se tkun analizzata fil-jiem li ġejjin.  Dan biex ikun żgurat li l-livell ta’ preparazzjoni u ko-ordinazzjoni jkompli jkun perfezzjonat u b’hekk ikunu wkoll imsaħħa l-miżuri ta’ prekawzjoni.
Dan intqalwaqt konferenza ta’ l-aħbarijiet minn rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija, il-Forzi Armati u mid-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent li matulha ngħataw l-ewwel dettalji dwar l-eżerċizzju ta’ simulazzjoni.
Matulil-konferenza ta’ l-aħbarijiet kien spjegat li l-iskop ewlieni ta’ l-eżerċizzju ma kienx li jsir xi assedju, imma li jkun restritt il-moviment madwar iż-żona ndikata biex din tkun iżolata u b’hekk jitnaqqas iċ-ċans li jkun hemm tixrid tal-virus fl-eventwalita’ li dan iseħħ.  Sar ukoll eżerċizzju ta’ dekontaminazzjoni fuq min kien dieħel jew ħiereġ miż-żona ndikata bħala li fiha kien hemm il-virus.
Intant,waqt żjara li għamel aktar qabel fl-Operations Centre tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ftit ħin wara li ngħata bidu għall-eżerċizzju, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino tenna li dan l-eżerċizzju huwa parti mill-pjan ta’ kontinġenza li tħejja u li sar bi ftehim ukoll  mal-Kummissjoni Ewropea.  Il-Ministru Pullicino tenna l-appell biex filwaqt li kulħadd jibqa’ jsegwi dak li qed jiġri, m’hemm lok għal ebda allarm.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Agrikoltura u Sajd,  Frans Agius ukoll attenda  ghal din iż-żjara, filwaqt  li qal li dawn il-prekawzjonijiet qed jittieħdu fl-aħjar interess tas-saħħa pubblika u biex tkun salvagwardjata l-industrija lokali tat-tjur.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jirringrazzja lill-pubbliku għall-koperazzjoni li wera  biex dan l-eżerċizzju seta’ jsir kif  kien ippjanat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow