Left arrow Go Back

Restawrata l-Kappella tal-Lunzjata fil-Gudja

pr1529
Date Icon 21/10/2005
Qed tkompli tikber il-ħidma minn ħaddiema tal-Gvern fuqir-restawr ta’  diversi kappelli u bini storiku mferrxa madwar Malta. Wara li matul din is-sena sar xogħol ta’ restawr fuq diversi kappelli, fosthom: il-Kappella ta’ Ċwerra fis-Siġġiewi, Tal-Madliena f’Ħad-Dingli u ta’ San Ġakbu f’Ħal-Luqa, issa qed jitwettaq xogħol fuq il-Kappella tal-Lunzjata fil-Gudja.
Il-Ministru Ninu Zammit żar ix-xogħlijiet li qed iwettquħaddiema mit-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fil-Gudja. Din il-kappella kellha difetti fuq it-tliet faċċati. Kien ferm propizju li dawn id-difetti identifikati mill-Periti ta’ l-istess Ministeru, jiġu rranġati sabiex jiġi evitat li tikber il-ħsara.
Ix-xogħol ta’ restawr inkluda xi tibdil ta’ ġebelimmermer u tindif tal-faċċati, inkluż il-kampnar u l-istatwi fuq il-faċċata prinċipali. Tneħħa kisi ta’ siment mill-partijiet il-baxxi tal-faċċati, kif ukoll tkaħħlu l-fili kollha sabiex jiġi evitat id-dħul ta’ ilma li tant jikkawża ħsara lill-istruttura proprja. Bħal ma twettaq f’kappelli oħra, sar xogħol ta’ restawr tal-bibien u twieqi tal-injam. Il-Kappella tal-Lunzjata nbniet fl-1754 u għandha forma ta’ salib grieg. Il-kampnar u l-opramorta saru fl-1912 fuq disinn tal-Perit Carlo Farrugia.
Filwaqt li jikkontribwixxu sabiex insebbħu dejjem iżjedl-ambjent ta’ madwarna u nippreservaw il-wirt storiku ta’ pajjiżna, dawn il-proġetti se jservu għal ħolqien ta’ sensiela jew katina ta’ kapelli ta’ stil barokk u medjevali li faċilment jistgħu jkunu nkorporati f’”heritage trail” mis-settur turistiku.
Il-Ministru Zammit fakkar fil-lista vasta ta’ proġettita’ restawr li qed iwettaq bħalissa l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, li tinkludi l-Knisja ta’ Sarria fil-Floriana, l-arkata tal-Ġnien Re Ġorġ V fil-Floriana, l-Iljun tal-Floriana u l-istatwa u z-zuntier ta’ San Ġużepp f’Ħal-Lija.
Finalment il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastrutturastqarr li fil-futur qarib se jinbeda xogħol ta’ restawr tal-Knisja ta’ Santu Rokku fl-Imdina u dik tal-Madonna ta’ Ċeppuna li tinsab fil-Marsa Golf Course.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow