Left arrow Go Back

TAĦRIĠ TA’ L-GĦALLIEMA GĦALL-eTWINNING

pr1522
Date Icon 20/10/2005
L-eTwinninghija azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi qafas ta' kollaborazzjoni bejn skejjel Ewropej.  Din l-azzjoni ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-għalliema u l-istudenti Maltin tant li fl-ewwel sena tagħha, 100 għalliem minn aktar minn 75 skola irreġistraw l-interess tagħhom u qed ifittxu partner filwaqt li 25 diġà qed jaħdmu fuq proġetti kollaborattivi flimkien ma' l-imsieħba tagħhom minn diversi pajjiżi Ewropej.
Is-Servizzt'Appoġġ Nazzjonali ta' l-eTwinning f'Malta jorganizza bosta attivitajiet biex jippromwovi l-azzjoni fost l-għalliema u fl-iskejjel. Dawn jinkludu laqgħat ma' l-għalliema fl-iskejjel tagħhom, sapport permezz tat-telefon u l-email, kif ukoll taħriġ speċifiku biex jgħin lill-għalliema jiddisinjaw esperjenzi ta' tagħlim interessanti ibbażati fuq kollaborazzjoni bejn skejjel Ewropej - bl-użu tat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (TIK).
Id-29għalliem u għalliema li llum irċevew ċertifikat ta’ attendenza, fil-fatt għażlu li jiddedikaw parti mill-ħin liberu tagħhom waqt il-vakanzi tas-sajf biex iħarrġu lilhom infushom f'oqsma ġodda u innovattivi għat-tagħlim.  Fil-kors li temmew b’suċċess, raw kif jistgħu joħolqu proġett kollaborattiv bl-użu tat-TIK u kif jipproduċu preżentazzjonijiet elettroniċi flimkien ma' l-istudenti tagħhom.  Ħadmu wkoll fuq oqsma aktar avvanzati bħal m'huma l-komunikazzjoni bil-vuċi permezz ta' l-Internet u l-produzzjoni ta' vidjo diġitali - dan kollu f'ambitu ta' proġett li jindirizza oqsma li huma parti mill-kurrikulu tagħhom. L-għalliema li attendew dan il-kors irrealizzaw li din it-tip ta' metodoloġija tagħmel it-tagħlim ħafna aktar interessanti għall-istudenti u tagħti aktar sodisfazzjon għall-għalliema wkoll.
Huwata' sodisfazzjon kbir li dawn l-għalliema kienu lesti li jagħtu mill-ħin liberu tagħhom u jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet pedagoġiċi u tat-TIK tagħhom bħal ma jagħmlu bosta għalliema oħra li ta' kull sena jattendu d-diversi korsijiet li jorganizza d-Dipartiment tat-Teknologija fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow