Left arrow Go Back

Ħtieġa li naqraw aktar dwar l-istorja ta’ pajjiżna

pr1501
Date Icon 18/10/2005
St. Bernardette Primary SchoolB f’San Ġwann fit-18 ta’ Ottubru, 2005 iċċelebrat il- ‘European Parents’ Day’ b’wirja dwar l-ambjent u l-inawgurazzjoni ta’ Library/Resource Room.
Għaldin l-okkażjoni l-Ministru għat-Turiżmu u l-Ambjent Francis Zammit Dimech inawgura l-Library/Resource Room. Hu ħa din l-okkażjoni biex ippreżenta lil-librerija sett ta’ ħames volumi bl-isem ‘Britannica Encyclopedia of the Arts’, sabiex din l-enċiklopedija prestiġjuża tkun tista’ tintuża mill-istudenti ta’ l-iskola. Hu qal li l-inawgurazzjoni ta’ librerija fi skola kien avveniment importanti għaliex joffri lill-istudenti opportunita’ li jkattru l-għerf tagħhom billi jaqraw kotba ta’ interess u tagħlim.
“BħalaMinistru għat-Turiżmu u Kultura jien nifhem li l-istudenti għandhom minn   żgħar jifhmu aħjar l-istorja ta’ pajjiżna u x’wassal biex gżira żgħira bħal tagħna issir stat Sovran. Malta għandha storja unika, għandha kultura unika, għandha tradizzjonijiet li pajjiżi oħra m’għandhomx. Hu dwar dan li jeħtieġ li ż-żgħażagħ tagħna jitgħallmu għaliex permezz ta’ l-istorja inkunu nafu għaliex aħna Maltin u nkunu nistgħu nikkomunikaw dak li nafu lill-viżitaturi li jiġu f’pajjiżna u li jikkontribwixxu għall-kwart tal-ġid nazzjonali,” qal il-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li f’din l-iskola kien hemm ukoll wirja dwar l-ambjent. Hu qal li l-ambjent, flimkien ma’ l-ekonomija u l-edukazzjoni, kienu t-tlett pilastri li fuqhom il-Gvern kien qed jibni l-attivita’ tiegħu. Hu qal li l-Gvern kien qed jutilizza ħafna mir-riżorsi tiegħu favur l-ambjent. Hu tenna li anke parti kbira mill-għajnuna finanzjarja li qed tingħata mill-Unjoni Ewropea qed tmur għall-proġetti biex ikollna ambjent aħjar fejn ngħixu, ambjent san li jwassal biex kull Malti għex aħjar.
Il-MinistruZammit Dimech ħeġġeġ lill-istudenti biex jaqraw iżjed, biex jkunu jafu aktar dwar l-għeruq u l-istorja ta’ pajjiżna u biex jikkontribwixxu biex l-ambjent madwarna jinżamm aħjar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow