Sospiża l-importazzjoni ta’ tjur ħajjin u prodotti tat-tjur mir-Rumanija
pr1486
13/10/2005
| L-Unjoni | Ewropea ħabbret li b’effett immedjat qed tissospendi kull importazzjoni ta’ tajr ħaj, u prodotti oħra tat-tjur bħall-bajd u prodotti tar-rix li ġejjn mir-Rumanija. Dan wara li kienu kkonfermati l-każijiet ta’ avian influenza fuq żewġ kampjuni li ttieħdu minn tiġieġa u dundjan. |
| Bħal | fil-każ tas-sospensjoni ta’ importazzjoni ta’ tajr li ġej mit-Turkija, din id-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea tgħodd ukoll għal pajjiżna. Id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed tkompli ssegwi mill-qrib l-iżviluppi li qed iseħħu dwar dan il-każ u għaddejja b’sorveljanza. |
| Id-Diviżjoni | tappella biex ma jkunx hawn allarm bla bżonn. Fl-istess waqt id-Diviżjoni trid għal darb’oħra tassigura li qed jiġu addottati l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni li tfasslu fuq bażi xjentifika. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947