Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWIN VASSALLO JKOMPLI BIL-LAQGħAT TA’ KONSULTAZZJONI MA’ SIDIEN TA’ NEGOZJI ZGħAR F’DIVERSI ŻONI NDUSTRIJAli

pr1484
Date Icon 13/10/2005
Bħalissa,s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed Edwin Vassallo qed ikompli bis-sensiela ta’ laqgħat konsultattivi mas-sidien ta’ negozji ta’ diversi Żoni Industrijali.
Waqtlaqgħa li l-Onor. Edwin Vassallo kellu ma’ diversi sidien ta’ negozji f’Ħaż-Żebbuġ, ġie propost mill-istess sidien li l-Gvern jikkunsidra li jintroduċi sistema ta’ short-stay parking għaż-żona industrijali fi Triq l-Imdina.
Ħafnasidien ta’ negozji li jinsabu f’din il-parti ta’ Triq l-Imdina qed jgħidu li n-negozju tagħhom jista’ jitjieb jekk tiġi ntrodotta xi tip ta’ restrizzjoni ta’ parkeġġ għal ħin twil quddiem l-istabbilimenti tagħhom.
Is-SegretarjuParlamentari Vassallo semgħa dak kollu li kien qed jiġi propost u qal li kien ser jikkomunika mas-sidien individwalment u fil-ġranet li ġejjin ser ikun qiegħed iżur l-istabilimenti tagħhom sabiex ikun jista’ jifhem aħjar il-proposti mressqa.  L-Onor Vassallo wiegħed lis-sidien li kien ser jagħmel lilu innifsu disponibbli sabiex ikun jista’ jiltaqa’ ma’ l-entitajiet kollha konċernati fejn ikun jista’ jiddiskuti l-aħjar soluzzjoni għall-problema.
Huwaqal li dawn il-laqgħat pubbliċi qed jagħtu l-opportunita’ lil dawk kollha li qed ikunu preżenti li jesprimu suġġerimenti u flimkien jiddiskutu kif jista’ jkun hemm żoni industrijali dejjem aktar organizzati, u fejn huma jkunu jistgħu itejjbu n-negozju tagħhom.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo, uffiċjali mis-Segretarjat, persuni mill-iSmall Business and Crafts Directorate, kif ukoll rappreżentanti mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija (FOI), qed ikunu preżenti għal dawn il-laqgħat, u qegħdin joffru d-disponibilita’  tagħhom kull meta jiġu mitluba.
Ta’min jinnota b’sodisfazzjon, li dawn il-laqgħat qed jirnexxielhom ilaqqgħu, għal-ewwel darba, diversi sidien ta’ negozju flimkien, li għalkemm jaħdmu f’żona industrijali waħda, anke minħabba l-aspett kompetittiv, rari kien ikollhom opportunita’ li jiltaqgħu flimkien.
B’riżultatta’ dawn il-laqgħat, iż-żoni industrijali ta’ l-Imrieħel, il-Ħandaq, il-Mosta, u Ħaż-Żebbuġ, qed jingħataw dehra ferm aktar organizzata.  Iżda aktar importanti minn hekk, permezz ta’ din l-inizjattiva, kull sid ta’ negozju li jaħdem minn dawn l-istess żoni, qed tingħatalu l-opportunita’ li jkun jista’ jagħti l-kontribut tiegħu fit-titjib li jkun qed jigi propost.
Fostsuġġerimenti oħra mressqa mis-sidien tan-negozji f’Ħaż-Żebbuġ issemmiet il-possibilita’ li jsiru sinjali ndikattivi u pjanta taż-żona, li jgħinu sabiex wieħed ikun jista’ jsib b’mod aktar faċli xi negozju partikolari.  Inġibdet l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari ukoll fuq il-problema ta’ l-ilma tax-xita li qed jinġabar fi triq partikolari, li tinsab fiż-żona industrijali, u li qed toħloq inkonvenjent  kemm għall-istess sidien kif ukoll għar-residenti tal-madwar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow