Left arrow Go Back

IL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI JFAKKAR LILL-POETA NAZZJONALI DUN KARM

pr1477
Date Icon 13/10/2005
Ix-xahar ta’ Ottubru huwa marbut mat-twelidu mal-mewt tal-Poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila, li twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’Ħaż-Żebbuġ u miet fl-isptar tal-Blue Sisters, f’San Ġiljan, fit-13 t’Ottubru,  1961.
Ftit tas-snin ilu, il-Gvern Malti nawgura l-mafkar tiegħu fil-Furjana -xogħol l-iskultur Anthony Ellul.  Dan il-mafkar sar b’ħidma tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-Għaqda tal-Malti (Università). Ta’ kull sena fix-xahar ta’ Ottubru, il-Gvern, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali u l-għaqdiet tal-Malti, ifakkar lil Dun Karm b’diversi attivitajiet.  Il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet din is-sena se jintlaħqu nhar il-Ħadd, it-23 ta’ Ottubru 2005 quddiem il-mafkar ta’ Dun Karm fil-Furjana. L-attività se tibda fl-10.30 a.m.
Matul din l-għodwa ta’ tifkira, imħejjijamill-Kumitat Festi Nazzjonali  u l-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti,  se jinqraw uħud mill-isbaħ poeziji tal-poeta.  Se jagħmel taħdita qasira Mons . Lawrenz Cachia, li barra milli studja lil Dun Karm, xandar mal-kotra l-arti tiegħu.  Lejn tmiem l-attività jsiru wkoll kelmtejn mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.

F’din il-għodwa se jagħti sehmu l-kantant Enzo Guzman, artist li l-ħin kollu jinkoraġġixxi t-tħaddim tajjeb ta’ lsienna.  Matul l-attività l-organizzaturi se jpoġġu kuruni u fjuri fuq il-mafkar ta’ Dun Karm.  (Kull min jixtieq ipoġġi fjuri  u kuruni, huwa mitlub jgħarraf bil-quddiem lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Festi Nazzjonali, is-Sur Anton Miceli (tel. 21245168 jew antonmiceli@maltaculture.com). Il-pubbliku  huwa mħeġġeġ jattendi u jfakkar lil min għanna s-sbuħija ta’ artna. 

Il-Kumitat Festi Nazzjonaliflimkien mal-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti se jippubblikaw ktejjeb ta’ tifkira li se jkun fih it-taħdita ta’ Mons . Lawrenz Cachia u se jitqassam b’xejn lil kull min jattendi.
L-Iskola Sekondarja tas-Subien ta’ Ħaż-Żebbuġ,imsemmija għal Dun Karm, ukoll ser terġa tfakkar lill-Poeta Nazzjonali b’ċerimonja fis-sala.  Din iċ-ċerimonja se ssir nhar il-Ġimgħa, 14 t’Ottubru u matulha se jsiru diskorsi qosra, mima, qari ta’ poeżiji u kelmtejn mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.  Wara ċ-ċerimonja se jsir korteo mill-iskola għaċ-ċimiterju ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn jitqiegħdu fjuri mal-kappella li fiha hemm il-qabar ta’ Dun Karm.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow