NINDIRIZZAW L-IMPATT TA’ L-GĦOLI FIL-PREZZIJIET INTERNAZZJONALI TAŻ-ŻEJT FL-2006
| F’konferenza ta’ l-aħbarijiet il-Ministru | Austin Gatt ta dettalji dwar l-impatt li l-prezz internazzjonali taż-żejt għandu fuq il-finanzi tal-Korporazzjoni Enemalta. Il-Ministru Gatt ta d-dettalji tal-preżentazzjoni li saret il-bieraħ lill-imsieħba soċjali fl-MCESD. Il-Ministru Gatt spjega li l-preżentazzjoni saret lill-imsieħba soċjali biex kif sar is-sena li għaddiet l-MCESD jkun ikkonsultat dwar l-alternattivi li jeżistu. |
| Il-Ministru Gatt spjega li l-prezz taż-żejt | li tixtri l-Korporazzjoni Enemalta huwa stabbilit kemm mill-prezz internazzjonali stabbilit kif ukoll mir-rata tal-kambju tal-lira u d-dollaru. Huwa spjega fid-dettal kif jinħadem il-prezz taż-żejt u għamel referenza għal kif inbidel il-prezz taż-żejt fl-aħħar xhur. Huwa qal li l-fatti juru li l-prezz taż-żjut li tixtri l-Enemalta żdied tant li l-korporazzjoni nefqet Lm 6.8 miljun iktar milli kienet qed tipproġetta, biex tipprovdi l-enerġija elettrika. |
| Huwa ppreżenta t-tabelli li jmiss li juru | kif minn Ottubru 2004 ‘l hawn inbidlu r-rati tal-kambju u l-prezzijiet internazzjonali taż-żjut li tixtri l-Enemalta għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku. |





Huwa qal li minkejja dan, il-prezz tad-dawl għad-djar u negozji żgħar Maltin huma t-tielet l-irħas fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li f’negozji li huma ftit akbar il-prezzijiet f’ Malta huma l-ħames l-irħas fl-Unjoni Ewropea.





| Il-Ministru Austin Gatt tkellem ukoll dwar id-diversi ideat u li jissemgħu | fid-diskussjoni dwar il-prezzijiet taż-żejt u l-enerġiji. |
| Dwar l-arranġamenti mal-Libja, il-Minsitru Gatt spjega li l-Libja kienet | tbiegħ lil Malta High Sulphur Fuel Oil, li jagħmel iktar ħsara lill-ambjent u bi prezz ogħla minn dak li għandha nnegozjat illum l-Enemalta. Il-Ministru Gatt irrijafferma li m’hemm ebda problema li l-Gvern jixtri ż-żejt mill-Libja jekk din toffri prezzijiet li huma orħos minn dawk li nixtru llum, u fid-dawl ta’ dan hemm diskussjonijiet bejn il-Gvern Malti u dak Libjan, diskussjonijiet li qed jitmexxew mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti. |
| Il-Minsitru Gatt semmgħa wkoll l-argumenti li jsiru dwar sorsi | alternattivi t’enerġija. Huwa fisser li l-prezz li bih jiġi ġġenerat l-elettriku mill-alternattivi li jissemmew huwa ogħla u għalhekk filwaqt li hemm numru ta’ vantaġġi ta’ natura ambjentali u għas-saħħa, ma jfissirx li l-prezz għall-konsumatur ikun irħas. |
| Irrefera wkoll għall-kwistjoni tal-konnessjoni | ma’ l-Ewropa b’Gas-Pipe line, jew inkella mal- Grid ta’ l-Elettriku Ewropew. Il-Ministru fisser li filwaqt li dawn iż-żewġ possibilitajiet ifissru l-assigurazzjoni ta’ provvista ta’ l-elettriku, ma jfissrux li jorħos il-prezz ta’ l-enerġija. Dawn il-possibbilitajiet qed jiġu evalwati fid-dettall mill-Enemalta. |
| Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar il-Liquified | Natural Gas (LNG) u fisser li l-ikbar problema għal Malta hija dwar jekk hawnx il-volum neċessarju biex dan isir Malta . Din il-possibbiltà wkoll qed tiġi studjata fid-dettall mill-Enemalta. |
| Dwar l-argument li l-Enemalta terġa’ | tirrikorri għall-High Sulphur Fuel Oil (HSFO), il-Ministru Gatt semmgħa li anke jekk il-Gvern jagħżel li jerġa’ jibda jaħraq l-HSFO, minkejja li niffrankaw tmien miljun lira fuq il-prezz taż-żejt, fl-istess waqt jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm investiment kbir biex dan jkun jista’ jintuża. Dan l-investiment iġib fix-xejn l-iffrankar li jsir minbarra l-ispiża ambjentali ta’ ħruq ta’ żjut b’livell ogħla ta’ kubrit. |
| Dwar l-argument li l-Gvern għandu jnaqqas it-tassazzjoni fuq iż-żjut | li jinbiegħu mill-pompi, il-Ministru Gatt spjega li t-tassazzjoni li hemm fuq il-fuel f’Malta hi anqas mill-minimu stabbilit mill-Unjoni Ewropea u li allura m’hemm ebda mod prattiku kif din il-possibilità tista’ tkun ikkunsidrata. |
| Dwar il-hedging, il-Minsitru Gatt iddikkjara li m’għandu xejn kontra dan | il-metodu finanzjarju. Huwa strument finanzjarju li għandu r-riskji tiegħu u li wieħed jista’ jmur kemm tajjeb kif ukoll ħażin minnu. Huwa fisser li jekk il-Gvern jiddeċiedi li jagħmel il-hedging għas-sena 2006 jfisser li nixtru l-Low Sulphur Fuel Oil (LSFO) li fil-preżent jiswa US$ 313.25 kull tunnellata metrika, bil-prezz ta’ US$ 359.50 kull tunnellata metrika. Danijfisser US$ 46 aktar fuq l-ispot price preżenti. Austin Gatt spjega li vantaġġ tal-hedging huwa li l-korporazzjoni Enemalta jkollha l-ammont ta’ kemm se tonfoq fi fuel iffissat. Vantaġġ possibbli ieħor huwa li għal żmien sostanzjali matul l-2006 il-prezz taż-żejt jitla’ aktar mill-prezz li iffissat fil-hedging agreement. Dik id-differenza tkun mirbuħa. Iżda bl-istess loġika, kuljum li fih il-prezz internazzjonali id-differenza tkun flus mitlufa. Il-Gvern qiegħed iħalli f’idejn l-Enemalta d-deċiżjoni ta’ x’riskju lesta tieħu jekk tidħolx għal hedging agreement. |
| Il-Ministru Gatt qal li fil-preżent l-Enemalta innegozzjat kuntratti | favorevoli għal xiri ta’ żjut bi prezzijiet sostanzjalment aħjar mi s-sena li għaddiet. Madanakollu l-gwadann li tista’ tagħmel l-Enemalta huwa suxxettibli għall-prezz taż-żejt kif ukoll għar-rata tal-kambju tad-dollaru mal-lira Maltija. |
L-ispiża għall-Enemalta
Il-Ministru Gatt qal li fl-1998 in-nefqa tal-korporazzjoni Enemalta kienet ta’ Lm18.7 miljun lira. Għal din is-sena filwaqt l-ammont stmat kien ta’ Lm47.7 miljun, in-nefqa attwali kienet ta’ Lm 54.5 miljun. Għas-sena d-dieħla, il-Korporazzjoni Enemalta qed tistma li ser tonfoq Lm 84 miljun lira. Dan huwa l-effett tal-prezz taż-żejt u r-rata tal-kambju tal-lira Maltija mad-dollaru Amerikan.
Azzjonijiet oħra
- Il-Gvern sadanittant beda jieħu azzjonijiet oħra. Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin beda jinnegozja mal-Gvern Libjan dwar il-possibilità ta’ prezzijiet aħjar għal żjut mil-Libja.
- L-Awtorità Maltija għar-Riżorsi bdiet studju wiesgħa dwar l-użu ta’sorsi alternattivi ta’ l-enerġija.
- L-Enemalta bdiet id-diskussjonijiet mal-plejers kollha dwar il-possibiltà ta’ l-użu tal-grid elettrika u gas pipeline ma’ Sqallija.
- Il-korporazzjoni Enemalta ħejjiet short u long term generation plans. Fil-fatt diġà nħarġu żewġ tenders biex jiġu sostitwiti żewġ turbini li kienu nstallati fis-snin 50 u s-snin 60. Dan ser ifisser investiment ta’ Lm10 miljun lira li jrid jiġi rkuprat.
- Il-Korporazzjoni għaddejja bil-pjanijiet tagħha biex tnaqqas l-operazzjonijiet li m’għandhomx għalfejn ikunu għand l-Enemalta (gass, petroleum, eċċ).
- Il-KPMG ġew ikkumissjonati biex jiżvilluppaw mudelli ta’ finanzjament alternattivi għall-mudelli attwali li tuża l-Enemalta biex titħallas mill-klienti tagħha.
- Il-Ministru Gatt stqarr il-fehma tiegħu li l-MRA għandha tmexxi kampanja edukattiva biex jiġi rrazjonaliżżat l-użu ta’ l-enerġija.
- Intant, il-Gvern qed iħejji wkoll inċentivi fiskali għal min irid jidħol fis-suq ta’ sorsi alternattivi ta’ enerġija biex jipprovdi l-elettriku.
- Il-Ministru Gatt stqarr ukoll il-fehema tiegħu li s-settur pubbliku għandu jħejji programm biex inaqqas l-użu ta’ l-enerġija.
- Il-Ministru Gatt fakkar ukoll li l-Fuel Procurement Advisory Committee issa ilu stabbilit għal kważi sena u qed jaħdem biex jgħin l-Enemalta ssib l-aħjar prezzijiet biex tixtri u tiffinanzja ż-żejt li tuża għall-elettriku.
Ir-realtà tibqa’ li l-Enemalta għal din is-sena ser tkun qed tassorbi Lm 8.4 miljun. Għas-sena ddieħa madanakollu jridu jinġabru Lm 51 miljun lira li huma d-differenza wara li l-Enemalta terġa’ tassorbi Lm8.4 miljun is-sena d-dieħla wkoll. Jekk il-prezz jibqa’ jiżdied b’rata annwali ta’ 5% (li hi stima pjuttost konservattiva), is-sena d-dieħla nkunu rridu niġbru Lm 46.2 miljun oħra filwaqt li fis-sena 2008 inkunu rridu niġbru Lm 48.5 miljun.
Għażliet
| Il-Gvern il-bieraħ ippreżenta lill-imsieħba | soċjali l-għażliet li għandu quddiemu l-pajjiż. Dawn l-għażliet jinkludu jekk il-Gvern jerfax parti mill-piż tad-differenza fid-dħul ikkawżat mill-prezz internazzjonali, jew inkella jgħaddi l-piż kollu għand il-konsumatur. Trid issir l-għażla wkoll jekk din iż-żieda tkunx marbuta biss mar-rati tad-dawl u l-ilma jew inkella tkunx kif qed jirrakkomandaw xi wħud maqsuma fuq żidiet miż-żjut li jinbiegħu fil-pompi. |
| L-għażliet li ppreżenta l-Gvern jidhru fit-tabelli li jmiss. Dawn | it-tabelli juru strutturi alternattivi ta’ ħlas jekk (Option 1) il-Gvern jissussidja 30% tad-differenza kkawżati mill-għoli tal-prezzijiet internazzjonali, inkella (Option 2) jekk id-differenza kollha tingħadda lill-konsumatur. Fiż-żewġ possibbiltajiet, hemm imbagħad mudelli differenti bejn żewġ possibilitajiet estremi: li d-differenza kollha fil-prezz titgħabba fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq naħa , jew fuq naħa oħra li d-differenza kollha fil-prezz titgħabba fuq il-prezzijiet taż-żjut mibjugħ mill-pompi. |


| Il-Ministru Gatt fisser li l-ebda għażla ma hija faċli. Kull għażla | tfisser ħlas ogħla determinat mir-realtà tal-prezz internazzjonali taż-żejt. |
| Huwa fakkar li kull parir professjonali t’ekonomisti hu kontra li l-Gvern | jissussidja direttament il-konsum ta’ xi prodott (bħal m’hu l-elettriku) m’hux l-anqas għax dan l-infieq ikun irid jiġi irkuprat minn self (bi spiża akbar ta’ finanzjament u żieda fid-dejn pubbliku) jew b’taxxi oħra. Iż-żewġ alternattivi huma meqjusa f’pariri professjonali bħala alternattivi aktar gravi fuq l-ekonomija milli prezz bħal dan ikun rifless skond il-konsum tal-prodott. |
Impatt fuq l-Inflazzjoni
Il-Ministru Gatt fisser li l-għażliet, jkunu kif jkunu ser ikollhom effett fuq l-ogħli tal-ħajja. Huwa spjega l-mod kif żieda eventwali tiġi kkalkulata fil-mekkaniżmu tal-kalkolu ta’ l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut. Dettalji ta’ l-indikaturi stabbiliti jsegwu:

Il-Ministru Austin Gatt fiehem li huwa ftiehem mal-membri ta’ l-MCESD li dawn għandhom jevalwaw l-informazzjoni li għaddilhom u l-għażliet ta’ x’rotot nistgħu nagħżlu biex jitħallas l-għoli fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Huwa informa lill-istampa li l-laqgħa li jmiss ma’ l-imsieħba soċjali hi skedata għal nhar it-Tnejn, 17 t’Ottubru 2005.
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947