Attivitajiet li jgħollu l-prodott Malti
pr1467
12/10/2005
| Wara | s-suċċess li kellu l-kunċert ta’ Maestro Riccardo Muti u l-Orkestra Luigi Cherubino fl-Lulju li għadda r-Renaissance Productions Ltd, f’Lulju 2006 se jorganizzaw kunċert bil-parteċipazzjoni tat-tenur Malti u ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja, f’Manoel Island. |
| Joseph | Calleja se jkun akkumpanjat mis-sopran Tatiana Lisnic, il-mezzo-sopran Elena Zaremba u l-baritonu Vittorio Vitelli. Ir-Royal Liverpool Philarmonic se tipparteċipa f’dan il-kunċert ta’ sagħtejn u nofs. |
| Dan | il-kunċert se jiġi reklamat f’divesi pajjiżi u l-organizatturi qed jistennew li għadd kbir ta’ turisti jiġu Malta sabiex jassistu għal dan l-ispettaklu awdjo-viżiv fejn il-belt Valletta se tkun il-backdrop tal-palk. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech attenda għal konferenza ta’ l-aħbarijiet fejn tħabbret din l-attività. Il-konferenza saret fil-MIDI Chapel, f’Tigne fejn kienu preżenti wkoll Dr Anton Tabone u s-Sur Amabile Zammit, Diretturi ta’ Renaissance Productions Ltd. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li attivitajiet bħal dawn kienu jgħollu l-prodott turistiku Malti għaliex jattiraw lejn pajjiżna viżitaturi li għalihom il-kultura u l-arti għandhom sinifikat speċjali. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li dan il-kunċert kien se jgħaqqad flimkien it-turizmu u l-kultura. Hu qal li l-fatt li dan il-kunċert kien se jittella’ f’Manoel Island, post storiku li qed jiġi restawrat u riabilitat għal skopijiet turistiċi u l-fatt li l-belt Valletta, belt storika u b’teżori kulturali u artistiċi, kienet ser tkun il-backdrop għall-palk ta’ dan il-kunċert jagħmel minn dan il-kunċert attivita’ kulturali f’ambjent storiku. |
| “Pajjiżna | qed jagħmel ħiltu kollha biex f’qasam turistiku li qed jinfirex aktar mal-pajjiżi tad-dinja, isib in-niċeċ li jsostnu mhux biss in-numru ta’ turisti li jżuruna iżda wkoll id-dħul mit-turiżmu. Fost dawn in-niċeċ hemm dik tat-turiżmu kulturali li diġa jattira lejn Malta qrib il-200,000 turist fis-sena,” qal il-Ministru Zammit Dimech. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li fi sforz biex intejjbu dejjem aktar il-prodott l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta torganizza attivitajiet bħall-festival tal-Bliet Storiċi ta’ Malta u Għawdex, il-Festival ta’ l-Ikel Mediterranju u l-Festival tal-Logħob tan-Nar. Hu qal li s-settur privat ukoll qed jagħti sehmu biex f’pajjiżna ikun hawn attivitajiet li jattiraw lejhom Maltin u barranin. Hu qal li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tinkoraġixxi attivitajiet bħal dawn għaliex temmen li jistgħu jagħtuna dik ix-xi ħaġa aktar li f’pajjiżi oħra t-turist ma jsibx. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-kunċert b’taħlita ta’ talent lokali u barrani kien qed jiġi organizzat mir-Renaissance Productions Ltd għaliex dawn għandhom fiduċja fil-qasam turistiku. Hu qal li kien permezz ta’ attivitajiet bħal dawn li stajna inkomplu ntejbu l-prodott Malti u li ta’ dan ried jirringrazzja lil dawk l-imprendituri li għażlu li jiddedikaw parti mill-ħidma tagħhom biex jgħollu isem Malta. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947