Tibda l-fażi ta’ pavimentar tal-Ġnien ta’ Hastings
pr1465
12/10/2005
| L-ikbar | ġnien fil-Belt kapitali qed jingħata dehra ġdida minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Il-Ġnien ta’ Hastings kien ilu mitluq għal numru twil ta’ snin. Ħaddiema tal-Gvern issa qed jagħtu dehra ġdida u ferm attraenti lil din iż-żona tal-Belt kapitali. L-għan prinċipali wara dan il-proġett huwa li dan il-ġnien isir attrazzjoni prinċipali kemm għal Maltin li jżuru l-Belt kuljum, kif ukoll għat-turisti. |
| Il-Ministru | Ninu Zammit flimkien ma’ uffiċjali tal-Ministeru, segwa id-diversi xogħlijiet li diġa twettqu u dawk li preżentament qed jitwettqu f’dan il-ġnien. Tlesta il-bini tal-ħajt mad-dawra kollha tal-ġnien kif ukoll bankina tal-franka taħt l-istess ħajt. Diġa nħolqu passaġġi li ħadu post dawk tal-asfalt, skond disinn ġdid li tfassal mill-Periti tal-istess Ministeru. Id-disinji saru b’mod li ma jkunx hemm għalfejn jinqalgħu siġar. Matul is-snin, dan il-ġnien ingħata saffi ta’ asfalt għal bosta drabi u dan wassal sabiex il-monument ta’ Hastings sofra xi ħsarat. Dawn is-saffi ta’ asfalt tneħħew sabiex dan il-monument storiku ma jibqax jsofri minn ħsara li kienet tiġi kkawżata mill-ilma li jinġema mat-truf. |
| Id-disinn | tal-ġnien huwa bbażat fuq stil Taljan, b’passaġġi li jwasslu għal pjazez żgħar. Il-Ministru Zammit qal li bħal f’kull proġett ta’ tisbiħ li wettaq il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fl-aħħar sentejn, il-kunċett ta’ in-house huwa evidenti f’dan il-proġett ukoll. Ħaddiema fi ħdan id-Diviżjoni għal Manifattura u Servizzi qegħdin jaħdmu fuq street furniture, bħal bankijiet u dustbins li se jkompli jagħtu dehra isbaħ lil dan il-ġnien. |
| It-Taqsima | tar-Restawr fi ħdan l-istess Ministeru, wettqet xogħol ta’ restawr fuq is-swar li jdawru l-ġnien. Inbidlu numru kbir ta’ ċangaturi li jinsabu fil-wiċċ tas-Sur u nfetħu bokok fis-swar li kien ilhom miżduda numru kbar ta’ snin. |
| Sabiex | jikkumplimenta dan kollu, qeda tinbena mill-ġdid il-gardjola li tneħħiet fis-snin tmenin minħabba li kien hemm il-periklu li din taqa’. Il-proġett jaħseb ukoll għal installazzjoni ta’ floor lights għal skop arkitettoniku, uplighters sabiex jinxtgħelu is-siġar minn taħt u arbli tad-dawl dekorattivi fejn jixraq. |
| Waqt | li kien qed jingħata il-konkos sabiex jiġu ffurmati l-passaġġi u l-pjazez, nstabet ġibja ta’ 36 pied wisa’ u 38 pied għoli, li issa tnaddfet u se tintuża għat-tisqija tas-siġar. Għal dan il-għan se tkun installata drip irrigation system mal-ġnien kollu. |
| L-area | ta’ dan il-ġnien taqbeż is-6,000 metru kwadru li minnhom 4,970 jikkonsistu f’passaġġi u pjazez. Il-ġnien għandu tul ta’ 325 metru. Qed jintuża pavimentar li ġie mpurtat miċ-Ċina b’rati vantaġjużi. Dan il-proġett se jiswa l’ fuq minn Lm220,000, li jinkludu wkoll il-pagi tal-ħaddiema. |
| Finalment | il-Ministru Ninu Zammit ħabbar li fix-xhur li ġejjin, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura se jkun qed jittrasforma żona kbira li tinsab fi stat ta’ abbandun fil-Kottonera, magħrufa bħala x-Xagħra ta’ Bormla fi proġett ta’ tisbiħ u rikreazzjoni. Dan il-proġett se jitwettaq ukoll minn ħaddiema tal-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947