SKEMA TA’ SUSSIDJU FUQ TADAM IPPROĊESSAT 2005
1. Id-Direttur ta' l-Agrikultura javża li dawk il-bdiewa u l-għaqdiet tal-produtturi li din is-sena kienu rreġistraw fl-uffiċċju ta' l-IACS biex jirċievu s-sussidju fuq it-tadam għall-ipproċessar għandhom jagħmlu applikazzjoni għall-ħlas ta' dan is-sussidju. Dawk il-bdiewa li huma mseħbin f’xi għaqda tal-produtturi (producer organisation) li kellha kuntratt ma’ xi Proċessur m’hemmx għalfejn japplikaw, billi l-applikazzjoni ssir mill-għaqda tal-produtturi nnifisha.
2. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fi Block C, Ċentru ta' Riċerka u Żvilupp, Għammieri, fil-każ ta’ Malta u fil-Fergħa ta' l-Agrikultura (IACS), Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp, fil-każ ta’ Għawdex. Il-formoli jinkisbu mill-uffiċċju fejn issir l-applikazzjoni.
3. L-uffiċjali tal-Gvern jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lill-applikanti biex timtela l-formola ta' l-applikazzjoni. Biex jitħaffef ix-xogħol, importanti li l-applikanti jieħdu magħhom:
| (a) | l-irċevuta ta' l-applikazzjoni ta' l-IACS fil-każ ta’ bdiewa li mhux imseħbin f’għaqda tal-produtturi; |
| (b) | kopja tal-kuntratt/i (u ta' xi estensjonijiet) li sar mal-proċessur/i; |
| (c) | għal kull kuntratt, dikjarazzjoni ffirmata mill-proċessur li turi l-kwantità totali ta' tadam aċċettat għall-ipproċessar; |
| (d) | il-karta ta' l-identità tal-produttur jew tar-rappreżentant legali fil-każ ta’ għaqda tal-produtturi. |
| (e) | in-numru tal-VAT |
| (f) | fil-każ ta’ għaqda tal-produtturi, lista sħiħa tal-membri bil-kwantità ta’ tadam li kull wieħed issuplixxa. |
4. L-applikazzjonijiet għandhom isiru sat-30 ta' Novembru 2005. F'każ ta' applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data, is-sussidju dovut jitnaqqas b'wieħed fil-mija għal kull ġurnata ta' dewmien. id-dritt għas-sussidju jintilef jekk id-dewmien ikun ta' aktar minn 15-il ġurnata. Id-Direttur ta’ l-Agrikultura jixtieq jagħmilha ċara li ma tiġi milqugħa ebda applikazzjoni wara dawn id-dati.
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947