Left arrow Go Back

Wirja ta’ xogħol maħdum bl-idejn fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żurrieq

pr1462
Date Icon 11/10/2005

L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ inawgurat wirja fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum, fiż-Żurrieq.  

F’dinil-wirja hemm eżebit xogħol maħdum bl-idejn minn membri anzjani li jattendu l-14-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li hawn f’Malta. Din il-wirja ser tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 14 t’Ottubru. Ix-xogħlijiet eżebiti f’din il-wirja huma varji. Fost l-oħrajn insibu xogħol maħdum bil-ganċ, knitting, ganutell, bizilla, parċmina, pittura u poeżiji miktuba mill-anzjani.
F’kelmtejnli ghamlet l-Onor. D’Amato qalet: Il-mira ewlenija tal-Gvern kienet, għadha u tibqa' dejjem li safejn u sakemm hu possibli, l-anzjan jibqa' jgħix f'daru, fl-ambjent li huwa mdorri fih. Kien għalhekk li l-Gvern introduċa d-Day Centres, u diversi servizzi ohra bħal Home Help, Meals on Wheels, Handyman Service u l-Pensjoni tal-Wens fost oħrajn. Dawn is-servizzi jipprovdu spalla lill-anzjani u fl-istess waqt itaffu l-piż minn fuq il-familja tagħhom.
Is-SinjuraD’Amato kompliet tispjega kif: “iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li bdew fl-1995 bil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Ħamrun u taż-Żejtun, evolvew minn ċentri socjali, fejn l-anzjani kienu jiltaqgħu biex jissoċjalizzaw u jgħaddu l-ħin flimkien, għal ċentri fejn l-anzjani jigu mogħtija fost l-oħrajn, anke servizzi ta’ podologija, occupational therapy u fiżioterapija. F’dawn iċ-ċentri jiġu organizzati wkoll attivitajiet edukattivi, rekreattivi u spiritwali fuq bażi regolari skond iż-żmien tas-sena u tradizzjonijiet Maltin. F’dawn iċ-ċentri l-anzjani jiġu mħeġġa li jaqsmu l-ħiliet tagħhom ma’ anzjani oħra. Huma proprju dawn ix-xogħlijiet li hawn eżebiti llum. Attivitajiet oħra organizzati permezz ta’ l-anzjani stess huma t-tagħlim tal-lingwi, kitarra u anke żfin.”
Is-SinjuraD’Amato ħegget lill-anzjani biex jibqgħu kemm jista’ jkun attivi u jkomplu jrawmu  u/jew jakkwistaw ħiliet ġodda. Hija ħeġġet ukoll biex tfal u żgħażagħ jżuru din il-wirja biex huma jkunu jistgħu japprezzaw il-valur tal-anzjani u l-kontribut li huma jagħtu b’risq il-komunita’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow