Każijiet ta’ bird flu fost għasafar fit-Turkija
pr1458
10/10/2005
| Wara | l-aħbar ta’ każijiet ta’ influenza tat-tjur (bird flu) fir-Rumanija, l-Gvern Tork ħabbar li nstabu każijiet simili fost dundjani fit-Turkija. |
| Il-Kummissjoni | Ewropea ħabbret li qed twaqqaf l-importazzjoni ta’ tajr ħaj mit-Turkija b’mod immedjat, wara li kienet waqqfet ukoll l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tiġieġ mill-istess pajjiż. |
| Din | id-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea tgħodd ukoll għal pajjiżna. |
| Bħalma | ntqal fil-jiem li għaddew, id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi li qed iseħħu dwar dan il-każ u żiedet is-sorveljanza. |
| Id-Diviżjoni | tappella lil kull min irid jikseb xi informazzjoni biex iċempel fuq in-numru tat-telefon 7903 3044 li hu attivat 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. |
| Id-Diviżjoni | tappella biex ma jkunx hawn allarm bla bżonn u trid għal darb’oħra tassigura, li qed jiġu addottati l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni li tfasslu fuq bażi xjentifika. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947