STQARRIJA KONĠUNTA MID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DR TONIO BORG, IL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN DR MICHAEL FRENDO U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR TONY ABELA
pr1450
08/10/2005
| Il-bieraħ | il-Ġimgħa 7 ta’ Ottubru filgħaxija, ġie rimpatrijat it-tieni grupp ta' 70 immigranti llegali Eġizzjani lejn l-Eġittu. Dan il-grupp segwa l-ewwel grupp ta' 70 ċittadini Eġizzjani oħra li ntbagħtu lura l-Eġittu nhar it-Tnejn li għadda. Dawn iż-żewg gruppi huma minn fost l-immigranti llegali li ġew f'Malta ma' l-aħħar żewġ dgħajjes. |
| Sadanittant qed tkompli l-ħidma | biex immigranti llegali oħra jiġu rimpatrijati lura skond il-proċeduri stabbiliti. |
| Qed isir ringrazzjament | pubbliku lill-Ambaxxatur ta' l-Eġittu għal Malta , Abdel Karim Soliman, u lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Eġittu għall-kollaborazzjoni sħiħa tagħhom f'din il-materja. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947