DISA’ MILJUN LIRA GĦALL-ISPORT MILL-GVERN F’SITT SNIN
pr1446
07/10/2005
| “Bejn is-sena 2000 u l-2005 il-Gvern investa aktar | minn Lm 9 miljun direttament f’impjanti pubbliċi, attivitajiet, u għajnuna lill-għaqdiet sportivi. Barra minn hekk il-Gvern għadda propjetà pubblika li tiswa` miljuni ta’ liri lill-għaqdiet biex dawn jiżviluppaw id-dixxiplini sportivi tagħhom. Fil-limiti tal-finanzi pubbliċi l-Gvern ser ikompli jappoġġja dan is-settur. Iżda huwa importanti li l-politika dwar l-isport iżżid l-importanza li għandha tingħata lid-dimensjoni ekonomika ta’ l-attività fiżika u sportiva f’Malta u Għawdex. F’dan ir-rigward is-settur privat għandu sehem speċjali x’iwettaq u għalhekk is-seminar tal-KOM huwa okkażjoni importanti biex jiġi mistħarreġ dan is-sehem.” |
| Dan sostnieh il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ | u Mpjiegi, l-Onor. Louis Galea, meta dalgħodu ħa sehem f’Seminar dwar il-Marketing u l-iSport organizzat mill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) fil-Lukanda Dolmen. Is-seminar qed jistħarreġ kif il-Gvern jista’ jinkoraġixxi lis-settur privat jinvesti aktar fl-isport lokali permezz ta’ sponsorships. |
| Il-Ministru Galea fisser li l-Gvern hu konxju mill-benefiċċji | soċjali u ekonomiċi ta’ l-isport u jinvesti mill-aħjar li jista` fl-istrutturi u l-faċilitajiet sportivi f’Malta u Għawdex. Meta l-Gvern jibni u jinvesti f’kumplessi u faċilitajiet sportivi, ikun qed jagħti kontribut ta’ siwi kbir biex l-isport isir attrazzjoni għall-investiment u l-sponsorship privat. It-tmexxija u l-operat ta’ dawn il-kumplessi u faċilitajiet ukoll jiġġeneraw appoġġ sostanzjali għall-attivitjiet tad-diversi għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi. |
| Fis-snin bejn l-2000 u l-2005 il-Gvern investa aktar | minn Lm 9 miljun f’impjanti pubbliċi, attivitajiet, u għajnuna lill-għaqdiet sportivi. Minn din is-somma Lm2.3 miljun ġew dedikati għal attivitajiet sportivi u għajnuna lil għaqdiet u assocjazzjonijiet sportivi, Lm2.8 miljuni huma investiment kapitali f’impjanti u faċilitajiet pubbliċi sportivi, filwaqt li Lm2.9 miljun imorru biex jitmexxew il-faċilitajiet sportivi u jissussidja l-użu ta’ dawn il-kumplessi u faċilitajiet mill-isportivi u l-għaqdiet tagħhom. |
| Il-Ministeru tal-Finanzi, mill-Fond tas-Super 5, | f’dawn is-snin għadda lil għaqdiet sportivi biss Lm 826,000, bin-nofs tagħhom jingħata lil KOM. Barra minhekk, il-Gvern għadda lil għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi 102 propjeta` pubblika li tiswa` miljuni ta’ liri bi ħlas nominali, biex fiha jiżviluppaw id-dixxiplini sportivi tagħhom. |
| Il-Ministru Galea ħabbar li l-Ministeru tiegħu beda | eżerċizzju ta’ verifika (audit) biex jistabilixxi kif qed jiġu osservati l-kuntratti li l-Parlament approva dwar dawn il-proprjetajiet. |
| Il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) huwa għodda | importanti mwaqqfa b’liġi li mhux biss hu l-aġent ewlieni tal-Gvern fit-twettiq tal-politika f’dan il-qasam, iżda għandu kontribut x’jagħti biex nibdew inħarsu lejn l-isport anke mil-lenti ta’ settur ekonomiku importanti. Dan is-settur jista` jikber u jattira aktar investiment. |
| Il-KMS qed jikkonsidra proposti ta’ Public Private | Partnerships fl-użu ta’ enerġija li tiġġedded biex tissaħħan il-Pixxina Nazzjonali u biex jinbena l-Kumpless Sportiv fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar. |
| Il-KMS qed jaħdem ukoll fuq survey biex jistabbilixxi | l-kontribut ekonomiku ta’ l-attività sportiva lill-ekonomija nazzjonali. Dan għandu jwassal biex ikollna stampa ċara ta’ l-ambjent li investituri pubbliċi u privati iridu jaħdmu fih u jipprovdi informazzjoni importanti li fuqha jistgħu mbagħad jitfasslu policies ġodda fiskali li jippromwovi l-isport, l-isportivi u l-għaqdiet tagħhom. Mingħajr din l-informazzjoni huwa diffiċli għall-investituri privati li jifhmu l-ambjent ekonomiku ta’ l-isport biex jieħdu deċiżjonijiet ta’ sponsorships sportivi. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947