Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. HELEN D’AMATO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ GĦAL FTUH TAS-SENA AKKADEMIKA TA’ L-UNIVERSITA’ TAT-TIELET ETA’ - VALLETTA, 7 TA’ OTTUBRU 2005

pr1441
Date Icon 07/10/2005
OnorevoliMinistru, Sinjuri Merħba,
Huwatassew ta’ pjaċir u unur għalija li nkun hawnhekk magħkom għal bidu ta’ din is-sena akkademika, kemm bħala Segretarju Parlamentari għall-Anzjani kif ukoll bħala għalliema.
Ippermettulinibda dan id-diskors billi nifraħ lilkom l-anzjani li qegħdin migbura hawnhekk dal-ghodu. Żgur li intom xempju ta’ kif aħna nixtiequ li l-anzjani tagħna jgħixu l-anzjanita’ tagħhom, jiġifieri anzjani attivi li għadhom jipparteċipaw fid-diversi oqsma tas-soċjeta’.
Anzjanattiv huwa anzjan kuntent!  Bil-kelma attiv ma rridx infisser biss li wieħed ikun attiv fiżikament. Bil-kelma attiv irrid infisser li persuna tibqa’ tinvolvi ruħha ukoll f’attivitajiet soċjali, edukattivi, ekonomiċi, spiritwali u kulturali – naturalment kulħadd bil-mod tiegħu u kif jista’, kultant anke b’ħafna limitazzjonijet.
Lkollnirrikonoxxu li l-idea li kellna ta’ l-anzjani bħala membri passivi tas-soċjeta qiegħda kull ma tmur tinbidel. Biżżejjed nagħtu ħarsa lejn il-ħidma kbira li bosta minnkom l-anzjani twettqu fl-oqsma varji tal-volontarjat, Kunsilli Lokali, kif ukoll fl-istess familji tagħkom. Kieku kellna nagħtu prezz lill-ammont ta’ siegħat li qed tagħtu u xi jfissru, żgur li nibqgħu sorpriżi!
Statistikali ħarget fl-ewwel ta’ Ottubru 2005 turi li numru nkoraġġanti ta’ persuni anzjani f’Malta għadhom attivi f’diversi setturi tal-ħajja u nsemmi xi wħud:

1.    Skond l-ETC hemm 704 li jaħdmu full time u li għandhom 65 sena (hawn m’humiex meqjusa dawk li għalqu 61 sena u li għadhom jaħdmu part time).

2.    18-il persuna li għandhom iktar minn 60 sena qegħdin isegwu kors fl-Universita’.

3.  119-il anzjan ipparteċipaw f’ċentri edukattivi għall-adulti, dan ifisser li 10.6 % tal-parteċipanti kellhom 60 sena jew aktar.

Xhieda oħra ta’ dan hija l-attendenza regolari tagħkom bħala membri tal-Universita’ tat-Tielet Eta'.

Sinjuri,

L-Universita’tat-Tielet Eta, fi ħdan l-Istitut tal-Ġerontologija ta’ l-Universita’ ta' Malta qed taghti ċ-ċans lilkom biex tibqgħu attivi, billi titgħalmu, tiddiskutu, taqsmu l-għerf u l-esperjenza li intom ġbartu matul ħajja ta' xogħol u servizz lill-komunita’. Dan huwa ġid li jitkattar - ġid għalikom, ġid għall-familji tagħkom, u ġid għall-komunita’.
Il-U3Aqiegħda toffri lilkom okkażjoni unika ta' parteċipazzjoni attiva li hija tant essenzjali biex tibqgħu integrati fis-soċjeta’ Maltija. L-eta' ta’ l-irtirar mix-xoghħl għandha tfisser il-bidu ta' fażi ġdida fil-ħajja ta’ kull persuna. Il-U3A trid tipprovdi lill-membri tagħha u lis-soċjeta’ xi ħaġa iżjed u differenti minn kors akkademiku. Hija għandha sservi bħala benniena ta' edukazzjoni kreattiva, filwaqt li t-tagħlim għandu jkun tali li wieħed jieħu gost bih u biex jistgħana bih intelletwalment. Il-U3A trid ukoll tiffunzjona bħala forum soċjali fejn il-membri jiltaqgħu ma' xulxin, jaqsmu l-esperjenzi bejniethom u jinvolvu ruħhom fi proġetti li jkunu jirriflettu l-ħiliet tal-membri involuti.

U hawnhekk nixtieq nirreferi għal statistika oħra li ħarġet f’dawn l-aħħar jiem mill-NSO dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-anzjani fil-programmi tal-U3A matul is-sena l-oħra.  

L-istatistikatindika li 687 persuna pparteċipaw fil-programmi organizzati propju għalikom. Hija ħassra li n-numru tal-parteċipanti niżel. Veru li n-numru niżel bi ftit iżda xorta waħda għandna nieqfu biex neżaminaw x’inhuma r-raġunijet.
Skondl-istatistika nsibu li n-numru ta’ nisa parteċipanti fil-fatt żdied, filwaqt li t-tnaqqis reġistrat kien fost l-irġiel. Għaliex? X’inhuma r-raġunijiet li qed iwasslu għal dan? Huwa minnu li fost l-anzjani l-persentaġġ ta’ nisa huwa akbar minn dak ta’ l-irġiel—iżda x’qed iwassal biex il-U3A qed tkun popolari man-nisa u ħafna inqas popolari ma’ l-irġiel?
Dinis-sena l-U3A qed toffri madwar 18-il kors differenti. Jiena nawgura li l-parteċipazzjoni tkun waħda tajba. Nispera wkoll li matul din is-sena tkun evalwata s-sitwazzjoni biex nindirizzaw ir-raġunijiet għaliex in-numru ta’ rġiel parteċipanti qiegħed jonqos.

Sinjuri,  

Jienanemmen li intom l-anzjani, intom waħda mill-aqwa riżorsa li għandu l-pajjiż speċjalment meta nqisu li 18% tal-popolazzjoni tagħna taqbeż is-sittin sena.  Dan il-fatt għandu jimpenjana li nagħmlu użu tajjeb mill-potenzjal li intom l-anzjani għandkom u ma nħarsux lejn l-anzjani bħala piż u l-anzjanita` bħala problema. Irridu nqisu lill-anzjani bħala ħolqa importanti fl-ekonomija nazzjonali. L-anzjan għandu ħafna x'jista' jagħti għall-ħolqien u t-tkabbir tal-ġid komuni. Huwa jifforma parti integrali mis-soċjeta’ tagħna. Intom wieħed mill-elementi li jiffurmaw ir-riżorsa umana u soċjali tagħna.
Aħnanemnu bis-sħiħ li kulħadd għandu postu fis-socjeta’. Għalhekk il-Gvern kien u jibqa’ dejjem impenjat biex jagħti importanza qawwija l-issues li jolqtu l-anzjani. Flimkien ħdimna u għadna naħdmu bis-sħiħ biex ikollna socjeta’ inklussiva, soċjeta’ għal kull eta’. Aħna nemmnu li kull persuna anzjana li tibqa` attiva hija riżorsa  għall-familja tagħha, għall-komunita` li tgħix fiha kif ukoll għall-ekonomija tal-pajjiz.
Il-miraewlenija tal-Gvern kienet, ghadha u tibqa' dejjem li safejn u sakemm hu possibbli l-anzjan jibqa' jgħix f'daru, fl-ambjent li huwa mdorri fih. Kien għalhekk li l-Gvern introduċa servizzi bħal Home Help, Meals on Wheels, Day Centres, Handyman Service u l-Pensjoni tal-Wens fost oħrajn. Dawn is-servizzi jipprovdu spalla lill-anzjani u fl-istess waqt itaffu l-piż minn fuq il-familja tagħhom. Tajjeb li nżommu f’ moħħna iżda li dan ma jfissirx li għandu jkun biss il-Gvern li jerfa’ din ir-responsabilita’. Lanqas ma jfisser li l-familjari għandhom jabdikaw mir-responsabilta’ tagħhom lejn familjari anzjani. Iżda aħna nemmnu li s-soċjeta’ kollha trid tagħti sehem akbar fil-ħarsien soċjali ta' dawk l-anzjani fil-bżonn għax irridu wkoll inkomplu nikkultivaw il-kunċett tas-solidarjeta’.
Il-viżjonitagħna ta’ l-anzjan tal-lum hija dik fejn l-anzjan jieħu ħafna iżjed l-inizjattiva f'idejh. Irriduh ikun anzjan pro-attiv - jiġifieri irid huwa stess ifittex kif jagħti kontribut siewi lis-soċjeta’. Madankollu, aħna lkoll għandna d-dover li nipprovdu kwalita’ ta' ħajja aħjar lill-anzjani tagħna, mhux mil-lat materjali biss iżda wkoll mill-aspett soċjali, kulturali, edukattiv u rikreattiv. Huwa b’hekk li l-anzjani tagħna jħossuhom li huma jistgħu jipparteċipaw attivament u ma jaqawx fis-solitudni.
Nagħlaqbilli nirringrazzja lilkom anzjani tal-parteċipazzjoni tagħkom. Nirringrazzja lil dawk kollha li jagħtu sehemhom biex l-Universita’ tat-Tielet Eta’ tħalli l-frott mixtieq. U fl-aħħar nett inħeġġiġkom biex taħtfu l-opportunitajiet li hawn il-lum, li forsi ta’ qabilna qajla kienu biss joħolmu bihom.
Grazziħafna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow