Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN U L-AVUKAT ĠENERALI JIĊĦDU ALLEGAZZJONIJIET DWAR IL-MANDAT EWROPEW TA’ L-ARREST

pr1429
Date Icon 06/10/2005
Il-Gvernjiċħad bil-qawwa kollha l-allegazzjoni li r-Regolamenti dwar il-Mandat Ewropew ta’ l-Arrest m’humiex validi. L-akkuża saret minn persuni li tressqu l-Qorti biex jiġu mibgħuta l-Italja fuq akkużi serji ta’ traffikar ta’ persuni, li uħud minnhom intefgħu l-baħar u mietu.
Il-Ministrutal-Ġustizzja u l-Intern u l-Avukat Ġenerali sostnew, f’nota li ppreżentaw fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, li r-regolamenti dwar il-Mandat Ewropew ta’ l-Arrest ħarġu skond il-Liġi u huma validi taħt l-Att dwar l-Estradizzjoni.
Danl-Att jagħti s-setgħa lill-Ministru tal-Ġustizzja li joħroġ ordni li kull trattat ta’ estradizzjoni, bħalma hu l-Mandat Ewropew imwaqqaf bi ftehim bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, ikollu effett f’Malta “skond dawk il-kondizzjonijiet u anki modifiki li jiġu speċifikati fl-Ordni”.
Il-Mandatta’ Arrest Ewropew huwa mezz kif persuni akkużati b’reati serji, bħal involviment fi sfruttar ta’ persuni vulnerabbli għal skopijiet ta’ immigrazzjoni illegali, jgħaddu proċess f’pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea, bla dewmien jew formalità żejda.
Danġab miegħu tnaqqis sinifikanti fiż-żmien li fiħ persuna akkużata b’reati serji tintbgħat f’pajjiż ieħor Ewropew.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow