Left arrow Go Back

158 rapport ta’ rimi ta’ skart b’mod illegali f’Settembru

pr1423
Date Icon 05/10/2005
Ħaddiema fi ħdan id-Dipartiment għas-Servizzi ta’l-Indafa ġabru madwar 12,500 tunellata ta’ skart mormija b’mod illegali fl-ewwel disa’ xhur tas-sena. Dan l-iskart inġabar minn widien, żoni industrijali u toroq arterjali. L-ispiża biex dan l-iskart inġabar laħqet madwar Lm400,000.
L-ammont konsiderevoli ta’ kull tip ta’ skart lintrema f’widien, żoni industrijali u toroq arterjali żdied b’mod allarmanti fl-aħħar xhur.
Is-sena l-oħra, id-Dipartiment għas-Servizzi ta’l-Indafa ntroduċa freephone system (8007 6608) fejn wieħed jista’ jirrapporta każijiet ta’ skart mormi f’widien, toroq arterjali u żoni industrijali. Filwaqt li f’Marzu kien hemm 19 il-rapport ta’ rimi ta’ skart b’mod illegali, f’Settembru d-Dipartiment irċieva 158 rapport! Dan tella’ in-numru ta’ rapporti għal kważi 800 fl-ewwel disa’ xhur tas-sena.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura seta’sarraf Lm400,000 fi proġetti ta’ tisbiħ u restawr minflok f’eżerċizzji ta’ tindif. Dawn huma flus li qed jintefqu mit-taxxi tal-poplu. B’din is-somma li ġa ntefqet din is-sena setgħu twettqu żewġ  proġetti bħal restawr u luminazzjoni ta’ l-Akwadotti jew erba’ proġetti bħal promenade tax-Xgħajra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow