Left arrow Go Back

“Bejn Diċembru 2003 u Diċembru 2004 l-attivita` kummerċjali ħolqot 1,504 impjieg ġdid.” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr1421
Date Icon 04/10/2005

“L-attivita` kummerċjali, li tinkludi diversi oqsma ta’ negozji żgħar u self employed, mill-bejgħ bl-immnut u l-ingrossa, sal-qasam finanzjarju u servizzi oħra professjonali u kummerċjali, ħolqot 1,504 impjieg ġdid.  Dan meta wieħed iqabbel il-figuri ta’ Diċembru ta’ l-2003 u Diċembru tas-sena li għaddiet.  Din iż-żieda ta’ impjiegi ġodda tixhed kemm l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna, minkejja l-isfida li ffaċċjat, rnexxiela titkabbar u toħloq impjiegi ġodda f’numru ta’ setturi.  Tliet setturi prinċipali li kien hemm żiediet fihom kienu s-settur tas-servizzi privati, tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut u tal-bini.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan meta kien qed jikkummenta fuq statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-iStatistika.   

L-akbarżieda kienet dik fis-settur ta’ servizzi privati, fejn kien hemm żieda ta’ 1,272 impjieg, differenza perċentwali ta’ 7.8%.  Dan is-settur tas-servizzi qiegħed jiżviluppa mat-tibdil tal-prijoritajiet tal-poplu Malti .  Dan is-settur huwa wieħed li jiġbor fih numru ta’ servizzi differenti, inkluż skejjel privati, servizzi tas-saħħa privati u servizzi oħra personali, (bħal beauticians).  F’dawn is-servizzi, l-attivita` kummerċjali qed tiżviluppa b’ritmu mgħaġġel, u għalhekk f’pajjiżna qed ninnutaw li l-attivita` kummerċjali m’għadhiex ristretta biss għal ftuħ ta’ ħwienet, iżda qed tinfirex f’oqsma differenti, bħalma qed isir f’pajjiżi oħra Ewropej.
Il-qasamtradizzjonali tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut (wholesale and retail) kompla joħloq aktar impjiegi ġodda, u fl-aħħar ta’ Diċembru 2004, dan is-settur ħoloq 427 impjieg ġdid biex f’dan is-settur, f’Diċembru 2004 kien hemm jaħdmu 16,535, l-ogħla numru ta’ impjegati f’dan is-settur għal dawn l-aħħar għaxar snin.  Settur ieħor li wassal għall-ħolqien ta’ 179 impjieg ġdid kien dak tal-bini, (quarrying, construction and oil drilling), fejn f’Diċembru 2004 rreġistra 7,090 impjieg.
“Is-setturtas-self employed ukoll irreġistra żieda bejn Diċembru 2003 u Diċembru 2004, fejn in-numru ta’ self employed żdied b’297, żieda ta’ 1.9%.  Dan ifisser li n-numru ta’ persuni li qegħdin isibu l-opportunita` ta’ impjieg tagħhom bħala self-employed issa laħaq 16,032, li ukoll hija l-ogħla ċifra f’dawn l-aħħar għaxar snin.
Dinl-informazzjoni dwar in-numru ta’ impjiegi li l-attivita` kummerċjali qed toħloq f’pajjiżna titfa’ fuq kull awtorita`, inkluż servizz pubbliku, Kunsilli Lokali u oħrajn, aktar responsabbilita`.  Dawn in-numri jistgħu jiżdiedu jew jonqsu skond kemm nagħtu attenzjoni u għajnuna prattika lil dawn is-sidien ta’ negozji u numru kbir ta’ self employed fl-oqsma kummercjali, industrijali u tas-servizzi, li bil-ħila imprenditorjali tagħhom qegħdin joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.
“Jekk irridu lidawn l-imprendituri joħolqu aktar impjiegi, f’pajjiżna jeħtieġ li tkompli toktor is-sinerġija u tiżviluppa l-politika imprenditorjali li twassal biex dawn li qegħdin joħolqu l-impjiegi ikunu mgħejjuna jsostnu n-negozju tagħhom u jkomplu jkattru l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna.” Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo rringrazzja lil dawn l-imprendituri li bil-ħidma tagħhom wasslu biex f’pajjiżna n-numru ta’ dawk kollha li qegħdin isibu mpjieg fl-attivita` kummerċjali u industrijali tagħna jlaħħqu mad-disgħin elf ruħ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow