Left arrow Go Back

Traġedja għall-Komunita’ tal-Qrendi

pr1404
Date Icon 01/10/2005
Il-Ministru Louis Galea li bħalissa huwa l-Aġent Prim Ministru żaril-familji fil-Qrendi li sofrew it-traġedja tat-telfa ta’ uliedhom żgħażagħ fl-inċident tas-siegħat bikrin tas-Sibt, filgħodu.  Huwa żar ukoll fl-isptar San Luqa lill-persuni midruba.
Aktarqabel, il-Ministru Galea informa lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg bid-dettalji tat-traġedja, l-agħar waħda li sofra l-Qrendi mill-gwerra ‘l hawn.
Il-PrimMinistru u l-Viċi Prim Ministru li jinsabu msiefrin fuq xogħol tal-Gvern talbu lill-Ministru Galea iwassal is-sogħba kbira tagħhom u tal-Gvern għat-telfa li ġarrbu il-familji taż-żgħażagħ, il-komunità kollha tal-Qrendi, u s-soċjetà tal-Banda Sta. Marija li tagħha, l-vittmi kienu parti mill-kumitat taż-żgħażagħ.
Il-MinistruLouis Galea esprima s-sogħba kbira tiegħu u kull solidarjetà lil dawn il-familji li trabba u kiber magħhom u offra lil dawn il-familji l-għajnuna kollha li l-Gvern jista’ jagħti f’ċirkostanzi traġiċi bħal dawn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow